Arkivji mensili: Ġunju 2011

APPREZZAMENT GĦALL-VOLONTARJAT MID-DAR TAL-PROVIDENZA

“Il-Voluntier tal-lum qed jimita l-akbar voluntier, li hu Sidna Ġesù Kristu, li mhux biss ta ħinu imma wkoll ħajtu għall-umanità kollha”.

Hekk qal l-Arċisqof Pawl Cremona OP f’diskors qasir li għamel waqt riċeviment li sar fil-Limestone Heritage, fis-Siġġiewi, għall-voluntiera kollha tad-Dar tal-Providenza.

Ir-ringrazzjament tal-voluntiera hi rikorrenza annwali għad-Dar tal-Providenza, għalkemm din is-sena r-rikorrenza ħadet sinjifikat ikbar hekk kif qed titfakkar is-Sena tal-Volontarjat… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Gunju

Gwann 16, 29-33

Id-dixxipli tiegħu qalulu: “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla.” Weġibhom Ġesù: “Temmnu issa? Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi… Kompli aqra »

6 – 12 ta’ Gunju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

7.30 p.m. L-Arċisqof jattendi kunċert ta’ Sette Giugno tal-Valletta Local Council, fil-Pjazza ta’ San Ġorġ, il-Belt.

L-Erbgħa

5.00 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’ jitlaq għall-Pellegrinaġġ lejn il-postijiet ta’ Padre Pio.

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

1.00 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 4 ta’ Gunju

Gwann 16, 23-28

F’dak il-jum xejn ma tistaqsuni. Tassew tassew ngħidilkom, kull ma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom.  Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. “Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier.  Dakinhar intom titolbu f’ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom, għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla… Kompli aqra »

MAGIS – JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ F’MADRID

MAGIS 2011 is a festival and action-reflection event for youth, running up to the 2011 World Youth Day in Madrid.

MAGIS is a mega-event for youth, organised by Jesuits and lay persons who also embrace Ignatian Spirituality. Young persons who join MAGIS will find themselves immersed in an intense programme of multi-cultural events, ‘experiments’ and festivities with thousands of others from across the five Continents! … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Gunju

Gwann 16, 20-23

Tassew tassew ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja għad tifraħ; għad iġġarrbu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena. Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejjqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja… Kompli aqra »

TIFTAĦ IR-REĠISTRAZZJONI GĦALL-KUNGRESS EWKARISTIKU INTERNAZZJONALI TAL-2012

Fetħet uffiċjalment ir-reġistrazzjoni għall-50 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali tal-2012.L-organizzaturi jittamaw li l-attivita twassal għal qawmien tal-Knisja fl-Irlanda. Delegati minn madwar 70 pajjiż iltaqgħu fl-ewwel tliet ijiem ta’ dax-xahar biex jinstemgħu l-pjani għall-attivitajiet li l-Arċisqof Diarmuid Martin iddeskriva bħala “element vitali fl-aġenda ta’ riforma tal-Knisja fl-Irlanda”.

Parteċipanti fil-Kungress li se jsir bejn l-10 u s-17 ta’ Ġunju 2012 se jkunu qed jisimgħu u jaqsmu riflessjonijiet, katekeżi u jieħdu sehem ukoll fi gruppi ta’ ħidma, li se jkunu koordinati minn Isqfijiet u Teoloġi… Kompli aqra »

IL-KNISJA GĦANDHA SSIB MEZZI IKTAR EFFETTIVI BIEX TEVANĠELIZZA

Evangelisation

Il-Papa Bendittu XVI qal li “l-Evanġelizzazzjoni ġdida tfisser li wieħed ifittex l-iktar mezzi effettivi biex jitwassal il-messaġġ tal-vanġelu lid-dinja li llum hija aktar distratta jew wisq għamja biex taqra dak li hu divin”. Fi kliemu, l-kriżi spiritwali hi karatterizzata b’nies li jeskludu lil Alla minn ħajjithom, “b’indifferenza ġeneralizzata” lejn il-Kristjaneżmu, fejn il-fidi hi mbuttata mill-isfera pubblika għal dik privata. Il-Knisja, kompla, trid issib mezzi biex tkun iżjed effettiva fil-proklamazzjoni tal-messaġġ tas-salvazzjoni… Kompli aqra »