Arkivji mensili: Ġunju 2011

MESSAĠĠ TA’ KURAĠĠ MILL-ISQOF MARIO GRECH

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl, l-Isqof Mario Grech wassal messaġġ ta’ tama u kuraġġ waqt li ċċelebra l-Ewkaristija mal-komunità parrokkjali tan-Nadur.

Fl-omelija tiegħu huwa wassal il-ħsieb li s-soċjetà tagħna għandha bżonn dik li darba Barack Obama sejjaħ “il-kuraġġ tat-tama”, liema tama ma tkunx isserraħ fuq il-qawwa tal-flus jew il-poter politiku, imma fuq Alla!

Kompla jgħid li l-Ewropa hija mmarkta b’inċertezzi gravi… Kompli aqra »

4GIVEN PROGRAMM SOĊJO-RELIĠJUŻ

4given – il-programm televiżiv għas-sajf li ġej. Programm, li għal 13-il ġimgħa sħaħ ser iżommilkom kumpanija fuq Net TV. Il-preżentatriċi ta’ din is-sensiela hija żagħżugħa simpatika – Bernice Abdilla.

Is-suġġett prinċipali  li Dr John Bonnici Mallia ser jaqsam magħna hu “Fittex lil Wiċċu”…  Wiċċ ta’ min ser infittxu? … Kompli aqra »

440,000 REĠISTRATA GĦALL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

WYD2011

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ se jkunu qed jiskattaw fi żmien 48 jum, bin-numru ta’ pellegrini reġistrati għall-attivita f’Madrid diġa hu wieħed rekord. F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Vatikan, li tat aġġornament dwar l-attivitajiet ta’ bejn id-19 u l-21 t’Awwissu, il-President tal-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi, il-Kardinal Stanislaw Rylko, qal li qatt ma kien hemm dan l-ammont ta’nies reġistrati xahar u nofs qabel l-attivita.

Huwa tkellem dwar il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ bħala “esperjenza ta’ Knisja li hi viċin iż-żgħażagħ, għas-servizz tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Gunju

Matthew 9, 1-8

U tala’ f’dgħajsa, qasam il-baħar u baqa’ sejjer fil-belt tiegħu. U ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, mixħut fuq friex. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: “Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura.” Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: “Dan qiegħed jidgħi!” Ġesù għaraf x’kienu qegħdin jaħsbu, u qalilhom: “Imma għaliex qegħdin taħsbu ħażin f’qalbkom? … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ Gunju

Matthew 16, 13-19

Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa  lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti. ” Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JESPANDI L-PREŻENZA ONLINE FUQ XEWQA TAL-PAPA

Il-Papa Benedittu XVI qed iwessa’ x-xibka ta’ komunikazzjoni tal-Vatikan b’passi deskritti bħala ‘enormi’. Dan qalu l-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali, l-Arċisqof Claudio Celli. Dan qalu meta ppreżenta il-portal il-ġdid tal-Vatikan fuq l-internet b’aħbarijiet minn għadd ta’ sorsi differenti fi ħdan il-Knisja kollha, ilkoll miġbura fuq is-sit www.news.va

Tinbixa żgħira tad-dettalji diġa huma aċċessibbli online fuq is-sit, bis-sit jibda jiffunzjona b’mod sħiħ l-Erbgħa, festa ta’ San Pietru u San Pawl, li jaħbat ukoll is-60 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tal-Papa Benedittu XVI… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Gunju

Mattew 8,23-27

Ġesù tala’ fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh. U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed. Id-dixxipli resqu fuqu, qajjmuh u qalulu: “Salvana, Mulej! Se nintilfu!” U qalilhom: “Dan il-biża’ kollu għalfejn, ja nies ta’ fidi ċkejkna?” Mbagħad qam, ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma kbira… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Gunju

Mattew 8,18-22

Meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor. Mbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu: “Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk.” Imma Ġesù wieġbu: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu.” Ieħor, wieħed mid-dixxipli, qallu: “Mulej, ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri.” Ġesù wieġbu: “Imxi warajja, u ħalli  l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom.”

Il-Qaddis tal-jum: San Cirillu ta’ Lixandra

Kompli aqra »

27 ta’Ġunju – 3 ta’ Lulju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jindirizza laqgħa ta’ konsultazzjoni għas-saċerdoti.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jindirizza laqgħa ta’ konsultazzjoni għas-saċerdoti.

5.45 p.m. L-Arċisqof imexxi translazzjoni, għasar u quddiesa fil-Katidral tal-Mdina fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral tal-Mdina, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl… Kompli aqra »