Arkivji mensili: Ġunju 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 2 ta’ Gunju

Gwann 16, 16-20

“Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni.” Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid, ‘Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni,’ u li ‘Jiena sejjer għand  il-Missier’?” Għalhekk qalu: “X’inhu dan il-‘ftit ieħor’ li hu qiegħed jgħid? … Kompli aqra »

KONFERENZA TAL-VATIKAN DWAR L-AIDS TIFFOKA FUQ IL-ĦTIEĠA TA’ BIDLA FL-IMĠIEBA SESSWALI

Taħdita wara l-oħra fil-konferenza tal-Vatikan dwar l-AIDS urew li l-użu tal-kondoms fil-prevenzjoni tal-AIDS tibqa’ kwistjoni sensittiva kemm għal uffiċjali tal-Knisja kif ukoll għal esperti tas-saħħa fix-xena internazzjonali.

Michel Sidibe, direttur eżekuttiv tal-UNAIDS, qal lill-parteċipanti tal-konferenza li kien pożittiv li fil-ktieb riċenti tiegħu “Light of the World” il-Papa Benedittu XVI argumenta li l-użu tal-kondom fil-prevenzjoni ta’ infezzjoni jista’ jkun l-ewwel pass lejn responsabbilta morali… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 1 ta’ Gunju

Gwann 16, 12-15

“Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi. Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom… Kompli aqra »