Arkivji mensili: Lulju 2011

IL-PROBLEMA TAD-DROGA

Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, il-pulizija investigat 209 persuna, filwaqt li ressqet il-Qorti 49 persuna. Is-sena li għaddiet, il-persuni investigati dwar pussess jew traffikar ta’ droga mill-pulizija b’kollox kienu 506, li minnhom 160 tressqu l-Qorti.

Fl-2009, minn total ta’ 626 persuna investigati fuq pussess jew traffikar ta’ drog, il-pulizija ressqet il-Qorti 171 persuna.

Dan it-tagħrif ingħata mis-Supretendent Norbert Ciappara, inkarigat mill-Iskwadra kontra d-Droga, waqt il-programm ‘Realtajiet tal-Lum’ ippreżentat fuq Radju RTK minn Cynthia Zerafa… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MA’ MISSJUNARJI MALTIN

Il-Ħamis, 14 ta’ Lulju, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa mal-missjunarji Maltin f’Dar l-Emigrant fil-Belt Valletta. Dawk preżenti kienu milqugħa minn Mons. Philip Calleja. Preżenti wkoll kien l-Isqof elett Fr. Emanuel Barbara u Mons. Arċisqof Joseph Spiteri, Nunzju Appostoliku fis-Sri Lanka. In-numru ta’ dawk preżenti kien ta’ 23 li jvarjaw bejn qassisin, reliġjużi u lajċi, fejn ilkoll setgħu jaqsmu l-esperjenzi missjunarji tagħhom; esperjenzi bħal dawn ivarjaw bejn dawk li jwettqu ħidma f’Seminarji, dawk li jwettqu ħidma ma persuni bi bżonnijiet speċjali, u oħrajn li l-involviment tagħhom hu dak li jtejjbu programmi umanitarji… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Lulju

Mattew 12, 14-21

U l-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra tiegħu, kif se jeqirduh. Ġesù sar jaf b’dan u telaq minn hemm. Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz   tal-profeta Isaija, meta qal, ‘Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart, l-Għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet! … Kompli aqra »

SERVIZZ ĠDID TAL-AĦBARIJIET FAVUR IL-ĦAJJA U L-FAMILJA

Heroic News

L-aġenzija tar-reklamar li ma tfittixx li tagħmel profit, Heroic Media, li hi aġenzija li tfittex li tippromwovi il-kultura tal-ħajja, nediet servizz tal-aħbarijiet bl-isem HEROIC NEWS.

Deskritt bħala “sors ta’ aħbarijiet one-stop b’aġġornament kontinwu fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw il-ħajja”, is-servizz jikkompila stejjer minn fonti differenti ta’ aħbarijiet dwar suġġetti bħall-abort, l-ewtanasja, ir-riċerka fuq l-embrijuni, iż-żwieġ tradizzjonali, il-pornografija u l-klowning uman. Is-servizz hu aċċessibbli bl-Ingliż u bl-Ispanjol… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 15 ta’ Lulju

Mattew 12, 1-8

Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: “Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt. ” U hu qalilhom: “Ma qrajtux x’għamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu? … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 14 ta’ Lulju

Mattew 11, 28-30

“Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.”

Il-Qaddis tal-jum: San Kamillus de Lellis Kompli aqra »

IL-PAPA TUL IX-XHUR TAS-SAJF…MISTRIEH U HIDMA

Il-Papa Benedittu XVI beda bil-btajjel tieghu tas-sajf nhar il-Hamis li ghadda, ghat-tieni sena konsekuttiva fil-Palazz Appostoliku ta’ Castel Gandolfo fin-nofsinhar ta’ Ruma. Mal-wasla hemm, huwa sellem lill-folla li ngabret tilqghu.

Id-Direttur tal-Ufficcju Stampa tal-Vatikan, il-Gizwita Federico Lombardi, qal fuq Radju Vatikan li l-Papa ghazel ghal darb’ohra Castel Gandolfo ghax fi kliemu “fost ragunijiet ohra, din kienet l-ehfef ghazla”. Dan fost ghadd ta’ stediniet li rcieva sabiex iqatta’ l-btajjel tieghu fl-Alpi Taljani, kif sar minnu u anki mill-predecessur tieghu fil-passat… Kompli aqra »

‘HEMM BARRA HEMM MIN QED IBIEGĦ IL-QERDA’

“Hemm barra hemm min qed ibiegħ il-qerda, animat minn kull tip ta’ interess, imma mhux mill-imħabba! Kulħadd jaf b’dan in-negozju, imma ħadd ma jitkellem dwaru. It-traffikar tad-droga sar ‘taboo’.”

Din l-affermazzjoni għamilha dil-ġimgħa l-Isqof Mario Grech waqt l-inawgurazzjoni ta’ sala ġdida fiċ-ċentru ta-Fondazzjoni Oasi f’Għawdex, li ngħatat l-isem ta’ ‘San Mikiel’.

Il-Ħadd li għadda wkoll, waqt l-omelija li għamel fil-festa tal-Visitazzjoni fl-Għarb, l-Isqof Grech għal darb’oħra tkellem dwar il-pjaga tal-abbuż tad-droga f’pajjiżna u afferma li “s-silenzju ta’ min suppost jitkellem u jaġixxi kontra t-traffikanti tad-droga, hu parteċipazzjoni f’dan id-delitt… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 13 ta’ Lulju

Mattew 11, 25-27

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. “Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu… Kompli aqra »