Arkivji mensili: Lulju 2011

L-INTENZJONIJIET TAT-TALB TAL-PAPA TUL AWWISSU

Pope praying

Tul ix-xahar t’Awwissu, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed iżomm bħala intenzjoni ġenerali fit-talb tiegħu dak kollu li se jsir fl-attivitajiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, “sabiex din iċ-ċelebrazzjoni tinkoraġixxi liż-żgħażagħ madwar id-dinja jibnu ħajjithom fuq Kristu”.

Bħal kull xahar, meta l-Appostolatura tħabbar l-intenzjoni ġenerali għat-talb tal-Papa,  titħabbar ukoll l-intenzjoni missjunarja li għal Awwissu hi “sabiex l-insara tal-Punent ikunu miftuħa għall-opri tal-Ispirtu s-Santu u jiskopru mill-ġdid l-entużjażmu tal-fidi”… Kompli aqra »

1 – 7 Awwissu

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill tas-Segretarjat tal-Kommunikazzjoni Soċjali, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

7.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-Kamp tal-Marsa Scouts, u jiċċelebra Quddiesa, f’Torri San Luċjan.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ l-E.T. Philepe de la Morena, Ambaxxatur ġdid ta’ Spanja, fil-Kurja.

7.00 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 31 ta’ Lulju

Click on the image below to watch the latest edition of the programme ‘Kelma ghall-Hajja’.

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


Mattew 14, 13-21

Meta sama’ l-aħbar, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab… Kompli aqra »

L-EFFETT TAD-DIVORZJU FUQ PAJJIŻNA

‘Naħseb li issa l-perseveranza fil-mumenti diffiċli li jkun hemm f’kull żwieġ se tkun iktar iebsa. U se jkollna numru iktar ta’ tfal u żgħażagħ li jikbru fi żwiġijiet li fallew. Għall-Knisja din il-problema ssir sfida.’

Hekk stqarr ma’ IL-ĠENSillum online l-Arċisqof Mons Pawlu Cremona OP quddiem id-dħul tad-divorzju f’pajjiżna.

Nhar it-Tnejn, bi 52 vot favur, ħdax kontra u ħames astensjonijiet, il-Parlament Malti għadda leġislazzjoni dwar id-divorzju li tagħmilha possibbli li persuni separati minn Ottubru li ġej ikunu jistgħu jiżżewwġu mill-ġdid… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Lulju

Mattew 14, 1-12

Kien dik il-ħabta li Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù, u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!” Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha.” Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh  bi profeta… Kompli aqra »

ŻJARA MILL-EMIGRANTI LILL-PRESIDENT TA’ MALTA

Il-Kummissjoni Emigranti tal-Knisja f’Malta qed torganizza żjara lill-E.T. Dr George Abela, President ta’ Malta, mill-emigranti li ser ikunu Malta matul il-ġranet tas-sajf. Din iż-żjara ser issir nhar it-3 ta’ Awwissu, 2011. Kull min hu nteressat għandu jmur Dar l-Emigrant (maġenb il-ġonna tal-Barakka ta’ Fuq, il-Belt Valletta) fid-9 ta’ filgħodu fejn l-emigranti ser ikollhom iċ-ċans li jsegwu id-dokumentarju multiviżiv, Sacred Island.

Il-programm ikompli bi żjara fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann… Kompli aqra »

IL-PAPA JAPPELLA GĦAL QAWMIEN SPIRITWALI PERMEZZ TAL-EDUKAZZJONI

Pope in Castel-Gandolfo

Il-Papa Benedittu XVI qal li l-Assoċjazzjoni Tereżjana hija “idea tajba” u qal li jitlob il-barka tal-Madonna fuq l-isforzi li jsiru “għal qawmien tar-ruħ nisranija u umana fid-dinja tal-edukazzjoni”. Dan kien il-messaġġ li l-Kap tal-Knisja Kattolika wassal lill-Assoċjazzjoni Tereżjana, permezz tas-Segretarju tal-Istat, il-Kardinal Tarcisio Bertone fl-okkażjoni tal-100 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha. L-Assoċjazzjoni twaqqfet fi Spanja minn San Pedro Poveda fl-1911. Il-grupp tal-lajċi llum jaħdem fi tletin pajjiż… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ Lulju

Luqa 10,38-42

Huma u sejrin, daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Mbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi!” Qabeż il-Mulej u qalilha: “Marta Marta! … Kompli aqra »