Arkivji mensili: Lulju 2011

4GIVEN – LIEMA WIĊĊ QED TFITTEX?

4given is a weekly one hour television program that features information about living the Christian life. This first program serves as an introduction to this years’ 4Given series – Seek His face. When do you seek the Lord’s face? Dr. John Bonnici Mallia will start by describing the character of Jesus. Ian Diacono together with Jude Muscat will help us understand ‘What is a life calling?’ As in previous years, His Excellency the Archbishop of Malta will be answering questions related to the Sunday Gospel posed to him by a group of youths… Kompli aqra »

TNAX IL-ŻAGĦŻUGĦ ORDNATI SAĊERDOTI

Nhar il-Ħadd 3 ta’ Lulju, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP ordna 12-il saċerdot ġdid (5 djoċesani u 7 studenti reliġjużi) matul ċelebrazzjoni li saret fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Is-saċerdoti l-ġodda huma:

Carmelo Aquilina O.F.M. Cap. ta’ 43 sena mis-Siġġiewi, Franġiskan Kapuċċin

Stephen Attard ta’ 26 sena mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta

Joseph Ciappara O.F.M… Kompli aqra »

Il-Knisja Żgħażugħa f’Paceville

Il-protagonisti żgħażagħ ta’ dan is-sajf fetħu uffiċjalment l-istaġun permezz ta’ “Check-in”, f’Paceville. Aktar minn elf żagħżugħ u żagħżugħa, matul ix-xahrejn li ġejjin, se jkunu qiegħdin jagħmlu esperjenzi uniċi tal-fidi; uħud permezz ta’ ħidma volontarja f’Malta jew barra, oħrajn bil-pellegrinaġġ tal-Jum Dinji taż- żgħażagħ ġewwa Madrid.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ tmiem il-ġimgħa bdiet bil-mandat tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. lil dawn iż-żgħażagħ, fil-Knisja Parrokjali ta’ San Ġiljan… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 5 ta’ Lulju

Mattew 9,32-38

Kif dawk ħarġu, in-nies ġibulu quddiemu wieħed imbikkem maħkum mix-xitan. Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: “Ħaġa bħal din qatt ma dehret f’Iżrael!” Imma l-Fariżej qalu: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten.” Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu… Kompli aqra »

€293,529 MIĠBURA GĦAD-DAR TAL-PROVIDENZA

Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar il-Maratona tal-volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza, fis-Siġġiewi.

Inġabar total ta’ €293,529 waqt din il-Maratona.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-ORDINAZZJONI TA’ 12-IL PRESBITERU

3 ta’ Lulju 2011

Ħuti,

Aħna qegħdin miġburin bħala komunita nisranija biex nassistu għal wieħed mis-sagramenti li, permezz tagħhom, Alla l-Imbierek jagħti l-grazzji tiegħu.

Illum il-Knisja, permezz tiegħi se tagħti l-Orni Sagri tal-presbiterat il dawn it-tnax il-djaknu. U meta aħna qed nitkellmu fuq l-għoti ta’ dan is-sagrament, irridu nikkonsidraw anke żewġ affarijiet differenti.

L-ewwelnett hija l-qawwa li tiġi permezz ta’ dan is-Sagramnent… Kompli aqra »

IL-PAZJENTI BL-AIDS FUQ QUDDIEM FIL-ĦSIEB TAL-PAPA DAX-XAHAR

Pope Benedict XVIXVI is dedicating the month of July to pray for AIDS patients, especially those from the poorest countries of the world.

Il-Papa Benedittu XVI qedjiddedika dax-xahar ta’ Lulju sabiex jitlob għall-pazjenti li għandhom l-AIDS, speċjalment dawk fl-ifqar pajjiżi tad-dinja.

L-Appostolatura ta’ talb tal-Papa ħabbret l-intenzjonijiet ta’ talb magħżula mill-Papa Benedittu XVI għal-Lulju.

L-intenzjoni ġenerali hi sabiex “Kristu itaffi t-tbatija fiżika u spiritwali tal-morda bl-AIDS, speċjalment fl-iktar pajjiżi fqar tad-dinja”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 4 ta’ Lulju

Mattew 9,18-26

Kif kien għadu jgħidilhom dan, resaq lejh wieħed mill-kapijiet, nxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix.” Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu. Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Mqar jekk immiss il-libsa tiegħu, nfiq.” Ġesù dar, lemaħha, u qalilha: “Agħmel il-qalb, binti; il-fidi tiegħek fejjqitek.” U minn dak il-ħin stess il-mara fieqet… Kompli aqra »

20 – 26 ta’ Lulju

It-Tnejn

L-Arċisqof jibda l-irtir spiritwali tiegħu tas-sena.

It-Tlieta

L-Erbgħa

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

Il-Ħadd

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Seminarju, tal-Virtu’ fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju ta’ grupp ta’ qassisin mill-ordinazzjoni tagħhom għas-saċerdozju. Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 3 ta’ Lulju

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


Mattew 11,25-30

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin… Kompli aqra »