Arkivji mensili: Awwissu 2011

TFITTEX LIL WIĊĊ ĠESU’ FIL-KREJAZZJONI

Il-programm ta’ din il-ġimgħa ser tiffoka fuq kemm hu kbir Alla li ħalaq dan il-ħolqien verament majestuz u sabiħ biex inkunu nistaw ingawduh aħna.   Alla qed jirrivela lilU nnifsu anke permezz tal-holqien.

Ian f’dan il programm ser jiddiskuti ma Dr Nicholas Sammut, it-tema dwar l-evoluzzjoni u l-fidi. Martina, flimkien ma xi żgħażagħ oħra ser ikomplu jiddiskutu mal-Arċisqof  Pawlu Cremona O.P… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 2 ta’ Awwissu

Mattew 15, 1-2. 10-14

Mbagħad xi Fariżej u kittieba minn Ġerusalemm resqu fuq Ġesù u qalulu: “Dan l-għala d-dixxipli tiegħek jiksru t-tradizzjonijiet ta’ missirijietna? Għax huma ma jaħslux idejhom qabel ma jieklu.” Mbagħad sejjaħ lill-folla lejh u qalilhom: “Isimgħuni u ifhmuni! Mhux dak li jidħol mill-fomm itebba’ lill-bniedem, imma dak li joħroġ mill-fomm, dan hu li jtebba’ lill-bniedem.” Resqu lejh imbagħad id-dixxipli u qalulu: “Taf li l-Fariżej skandalizzaw ruħhom meta semgħu din il-kelma?” Iżda hu weġibhom: “Kull siġra li ma ħawwilhiex Missieri li hu fis-smewwiet tinqala  mill-għeruq… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 1 ta’ Awwissu

Mattew 14,22-36

U minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu; id-dgħajsa kienet diġà f’nofs  il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom. Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar… Kompli aqra »