Arkivji mensili: Awwissu 2011

IL-PAPA FIL-JDŻ:’AGĦTU KAS DAK LI QED IBATI’

Wara t-talb tal-istazzjonijiet tas-Salib fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Awwissu filgħaxija, il-Papa Benedittu XVI saħaq mal-parteċipanti biex “ma jmorrux jinjoraw it-tbatija umana. . . għax huwa hawnhekk li Alla jistenna li inti tagħti l-aħjar tiegħek, il-kapaċità tiegħek għall-imħabba u l-kompassjoni”.

“Il-Passjoni ta’ Kristu tħeġġeġ biex nieħdu fuq spallejna t-tbatija tad-dinja,” il-Papa qal, “fiċ-ċertezza li Alla mhux ’l bogħod mill-bniedem u l-problemi tiegħu.”

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 31 ta’ Awwissu

Luqa 4, 38-44

Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha. Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom. Hija u nieżla x-xemx, dawk kollha li kellhom il-morda, kien x’kien il-mard tagħhom, ħaduhomlu quddiemu. Hu qiegħed idejh fuq kull wieħed minnhom u fejjaqhom.  … Kompli aqra »

TLIET XHUR QABEL IŻ-ŻJARA TAL-PAPA, BENIN JIVVOTA BIEX INEĦĦI L-PIENA TAL-MEWT

L-Istat ta’ Benin ħa pass biex sar is-sbatax-il Stat Afrikan li neħħa l-piena tal-mewt. Dan ftit xhur biss qabel iż-żjara li l-Papa Benedittu XVI se jkun qed jagħmel f’dal-pajjiż f’Novembru li ġej.

Nhar id-19 ta’ Awwissu, l-assemblea nazzjonali ta’ Benin ivvutat biex tingħaqad fil-protokoll internazzjonali li jsejjaħ sabiex titneħħa l-piena kapitali. Bir-ratifikazzjoni tal-President, Benin huwa l-74 Stat li ngħaqad fil-ftehim.

Il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jagħmel żjara ta’ tliet ijiem f’nofs Novembru għall-150 anniversarju tal-evanġelizzazzjoni tal-pajjiż u sabiex jagħti l-eżortazzjoni appostolikamis-Sinodu tal-Afrika tal-2009… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Awwissu

Luqa 4, 31-37

Niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f’jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa. U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta’ xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b’leħen għoli: “Ah! x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? … Kompli aqra »

IL-PROBLEMI EKONOMIĊI – TEST TAL-FIDI?

Bishop Stephen Blaire

“Ir-realta tal-qgħad u l-faqar mhix biss problema ekonomika imma sfida morali u test tal-fidi”. Dan qaluh l-Isqfijiet Amerikani fi stqarrija tal-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Istati Uniti fl-okkażjoni tal-ġurnata annwali ddedikata għax-xogħol.

Fl-istqarrija bit-tema “Human Costs and Moral Challenges of a Broken Economy”, l-Isqof Stephen  Blaire ta’ Stockton, California qal li l-ekonomija hi “mkissra b’modi fundamentali”.Fisser li “il-fidi tagħna tagħtina mod kif inħarsu lejn l-ekonomija dgħajfa… Kompli aqra »

TFITTEX LIL WIĊĊ KRISTU F’DAWK LI HUMA FIL-BŻONN

Il-fidi f’Alla hija mibnija fuq l-imħabba t’ Alla u tal-proxxmu. L-imħabba tal-proxxmu, b’mod prattiku tfisser il-preżenza t’Alla fil-fqar u l-batuti.  Fil-programm ta’ din il-ġimgħa, ser nitkellmu dwar kif tista ssib lil Ġesu fil-faqar ta’ madwarna.

Mistoqsija li forsi jagħmel kull bniedem hi – Imma għaliex din it-tbatija kollha, tant faqar?… u iktar min hekk kif jista n-nisrani jagħraf lil wiċċ Ġesu f’dawn in-nies batuti? … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ Awwissu

Mark 6,17-29

Kien Erodi stess li bagħat jarresta lil Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba Erodja, mart ħuh Filippu, billi kien iżżewwiġha hu. Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.” Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża’ minnu; u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu… Kompli aqra »

29 ta’ Awwissu – 4 ta’ Settembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għal-Little Sisters of the Poor fl-okkażjoni tal-festa tal-fundatriċi ta’ Sant Jean Jurgen, Ħamrun.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ddedikata lil Jum il-Lajċi Impenjati,fl-okkażjoni tan-Novena bi preparazzjoni għall-Festa ta’ Marija Bambina  fin-Naxxar.

L-Erbgħa

10.25 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 28 ta’ Awwissu

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


Mattew 16,21-27

Minn dakinhar Ġesù beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm, isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin  il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum… Kompli aqra »

DAN HU L-‘PROĠETT TAL-MULEJ’, JGĦIDU S-SORIJIET KLARISSI

“Il-proġett tal-Mulej” – hekk qed jirreferu għaliha s-sorijiet Klarissi ‘Dar Nazareth’, id-dar ġdida tagħhom li għadhom kemm fetħu fi Triq Santa Duminka, f’taċ-Ċawla, limiti tar-Rabat, Għawdex.

Dar Nazareth infetħet ilbieraħ, wara konċelebrazzjoni solenni ta’ radd il-ħajr li tmexxiet mill-Isqof t’Għawdex, Mons Mario Grech. Kien l-Isqof innifsu li ġimgħatejn ilu, fl-Ittra Pastorali li wassal lill-komunità fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija, ħabbar il-ftuħ ta’ din id-Dar ġdida tas-sorijiet tal-klawsura fid-Djoċesi tiegħu… Kompli aqra »