Arkivji mensili: Ottubru 2011

APPELL LILL-GVERNIJIET FIL-JUM DINJI TAL-IKEL

The food crisis across the entire world, especially in the Horn of Africa

“L-isforzi tal-Gvernijiet u ta’ komponenti varji tal-komunita internazzjonali għandhom ikunu lkoll orjentati lejn għazliet effettivi għal espressjoni konkreta tad-dritt tal-ħajja fl-isfond tal-karba ta’ min jinsab fil-ġuħ  – id-dritt tal-ħajja li ħafna drabi hu solennement proklamat pero ferm ‘il bogħob milli implimentat”, huwa l-kumment f’forma t’appell li l-Kap tal-Knisja Kattolika għadda b’riflessjoni wara l-jum li fakkar l-ikel madwar id-dinja kollha… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MA GRUPPI DIFFERENTI TAL-PARROĊĊA TAR-RABAT

Nhar il-Erbgħa 12 ta’ Ottubru, 2011 l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ fis-Sala St Patrick mal-animaturi fl-Evanġeliżżazzjoni, ir-Rabat.

Nhar il-Ħamis, 13 ta’ Ottubru, 2011 l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar il-komunita’ tas-Sorijiet Agostinjani tar-Rabat. Aktar tard iltaqa’ fis-Sala St Patrick mal-Kummissjoni Familja u Koppji Mexxejja tar-Rabat.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

40 ANNIVERSARJU TAL-GRUPPI FAMILJI NSARA

Nhar is-Sibt, 15 ta’ Ottubru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-KonKatidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni tal-40 Anniversarju tal-Gruppi Familji Nsara tal-Moviment ta’ Kana.

AGĦFAS HAWN biex taqra l-messaġġ tal-Arċisqof f’din l-okkażjoni.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 17 ta’ Ottubru

Luqa 12, 13-21

Xi ħadd mill-folla qallu: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi.” “Ħabib,” wieġbu Ġesù, “min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?” Mbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu.” U qalilhom parabbola: “Wieħed raġel għani ġabar kotra ta’ frott mir-raba’ tiegħu… Kompli aqra »

SENA DDEDIKATA LILL-FIDI BEJN IL-11 T’OTTUBRU 2012 U L-24 TA’ NOVEMBRU 2013

Pope in audience

Il-Ħadd filgħodu l-Papa Benedittu XVI ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jniedi sena speċjali ddedikata lill-Fidi,  propju bejn il-11 t’Ottubru tas-sena 2012, li jaħbat il-50 anniversarju tal-Konċilju Vatikan II, u l-24 ta’ Novembru 2013, festa ta’ Kristu Sultan.

Fi kliemu, dan se jagħmlu biex tiġġedded il-missjoni tal-Knisja universali fl-impenn tagħha li toħroġ lill-bniedem mid-dezert, li ħafna drabi jispiċċa fih tul ħajtu, u tressqu lejn il-ħajja li jaf jagħtiha biss fil-milja tagħha, Kristu… Kompli aqra »

IT-TĦADDIM TAL-AWTORITA ĊIVILI GĦANDU JSIR B’DINJITA U RESPONSABBILTA

“It-tħaddim tal-awtorita ċivili għandu jkun eerċitat bl-ikbar dinjita u b’sens qawwi ta’ reponsabbilta”. Dan kien il-kliem li bih il-Papa Benedittu XVIindirizza lill-Prefetti Provinċjali Taljani, akkumpanjati mill-Ministru tal-Intern Roberto Maroni, li lkoll kienu għal udjenza bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkazjoni tal-150 anniversarju tal-unifikazzjoni Taljana.

Fl-indirizz tiegħu, il-Papa enfasizza kif f’pajjiz wieħed jista’ jara it-traċċi li l-fidi nisranija tħalli mmarkati fid-drawwiet tal-poplu, drawwiet li jagħtu lok għal tradizzjonijiet kulturali u reliġjuzi nobbli, kif ukoll wirt artistiku uniku fid-dinja… Kompli aqra »

ĦIDMA ĊĊENTRALIZZATA GĦAS-SEGRETARJAT TAL-EDUKAZZJONI NISRANIJA

L-Arċisqof Pawlu Cremona, nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru 2011, żar u bierek il-post fi Triq il-Mall il-Furjana, minn fejn se jkun jopera s-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija. L-uffiċċini ta’ dan is-Segretarjat, li qabel kienu fil-Kurja tal-Arċisqof, ġew trasferiti matul is-sajf. Il-bini li qed jospita dawn l-uffiċċini ħa diversi snin biex tlesta. Il-ħtieġa ta’ trasferiment ilha tinħass minħabba l-bżonn ta’ aktar koordinament bejn dawk li jaħdmu għas-servizz fl-iskejjel tal-Knisja… Kompli aqra »

17-23 ta’ Ottubru

anniversary of the religious profession of Fra Xmun Cachia O.P.

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tal-Katekeżi tal-Baħrija, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jkunu jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa tar-Rabat.

7.30 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Ottubru

Mattew  22, 15-21

Mbagħad il-Fariżej marru u bdew jiftiehmu bejniethom biex jaraw kif jonsbuh b’xi kelma.  U bagħtulu d-dixxipli tagħhom ma’ xi Erodjani u qalulu: “Mgħallem, aħna nafu li int raġel tħobb  is-sewwa, u li t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi, bla ma tħabbel rasek minn ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-ORDINAZZJONI TA’ TMIEN DJAKNI

Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun

14 ta’ Ottubru 2011


Ħuti,

Aħna bħala nsara nqiegħdu l-ġrajjiet kollha li ngħaddu minnhom fil-kuntest ta’ żewġ ġrajjiet li huma l-aktar importanti għall-fatt li aħna neżistu. L-ewwel fatt huwa li Alla l-Imbierek ħalaq kollox u għamel il-bniedem, raġel u mara, xbieha tiegħu.  It-tieni fatt importanti fl’interpretazz-joni ta’ l-istorja tagħna huwa li l-bniedem dineb u allura hemm storja oħra parallela miexja… Kompli aqra »