Arkivji mensili: Novembru 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Novembru

Luqa 15, 1-10

Il-Qaddis tal-jum: San Martin de Porres

Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? … Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR ĊENTRI KATEKETIKI TAR-RABAT

Nhar it-Tnejn 31 ta’ Ottubru 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekeżi fiċ-Ċentru tal-Katekiżmu San Duminku, r-Rabat bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu. Aktar tard huwa ltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekiżmu fil-qasam tal-MUSEUM tas-subien, ir-Rabat. Fl-aħħar, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika Rabat.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-GAZZETTI JIBQGĦU L-IKTAR FAVORITI MAL-KATTOLIĊI GĦALL-AĦBARIJIET RELIĠJUŻI

Printed Catholic News

Maġġoranza ta’ kattoliċi għadhom jippreferu li jsibu l-aħbarijiet relatati mal-Knisja fil-gazzetti stampati ta’ kull ġimgħa. Dan irriżulta f’rapport ippubblikat riċentament miċ-Ċentru għar-Riċerka Applikata fl-Appostolat, li hu bbażat fl-Univerista ta’ Georgetown.

Madwar 14.8 miljun kattoliku Amerikan adult, regolarment jaqraw il-gazzetti djoċesani u l-magażins stampati. Ir-riżultati ħarġu minn stħarriġ fost 1,239 persuna li tistqarr li hi kattolika. Iċ-Ċentru li ppubblika r-rapport qal li riżultat simili kien ħareġ fi studju separat sitt snin ilu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 2 ta’ Novembru

Il-Fidili Mejtin Kollha

Mattew 5, 1-12

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. “Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.  … Kompli aqra »

IL-KRISTJANEŻMU, FATTUR ESSENZJALI TA’ ŻVILUPP FL-AFRIKA

Fil-Vatikan il-Papa Benedittu XVI iltaqa’ ma’ grupp ta’ Isqfijiet mill-Konferenza Episkopali ta’ Angola u Sao Tome, li kienu għadhom kemm lestew ż-żjara tagħhom ta’ rutina fil-Vatikan. Il-Papa rrefera għaż-żjara li għamel fil-Luanda f’Marzu 2009 u li matulha ltaqa’ magħhom u anki ċċelebra l-quddiesa.

Il-Papa aċċenna wkoll għaż-żjara li se jkun qed jagħmel fl-Afrika f’Novembru li ġej, fejn se jmur Benin sabiex jiffirma l-Eżortazzjoni Appostolika Post-Sinodali tat-tieni Assemblea Speċjali tas-Sinodu tal-Isqfijiet fl-Afrika… Kompli aqra »

Il-kelma tal-Isqof dwar il-Kelma ta’ Alla

Il-Ħamis 3 ta’ Novembru – l-ewwel appuntament fis-sensiela ta’ laqgħat fuq l-iskrittura bejn iż-żgħażagħ u l-Arċisqof. ‘Between the Lines’ huwa programm speċjali li jilħaq is-sitt distretti pastorali ta’ Malta matul it-tmien xhur li ġejjin. Din l-ewwel serata se tkun imtella’ mill-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ, ġewwa l-knisja parrokjali fis-7:30pm.

L-Arċisqof Pawlu Cremona se jmexxi liż-żgħażagħ tul mumenti ta’ meditazzjoni, talb u kontemplazzjoni ta’ silta magħżula… Kompli aqra »

RIFLESSJONIJIET MILL-KUMMISSJONI ĠUSTIZZJA U PAĊI DWAR ID-DOKUMENT TA’ QABEL IL-BAĠIT 2012

1.         Introduction

1.1       The main objective of the Peace and Justice Commission is that of fostering awareness of the Social Doctrine of the Church by studying and relating the implications of economic, social and legislative measures to social justice in the interest of the dignity of the human being and the common good.

In this respect, the Commission is presenting its reflections on the social and environmental aspects mentioned in the Government Pre-Budget Document which will be presented to Parliament in November 2012… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 1 ta’ Novembru

Festa tal-Qaddisin Kollha

Mattew 5, 1-12

Kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il- muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid: “Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art. Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx  tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin… Kompli aqra »