Arkivji mensili: Novembru 2011

L-INTENZJONIIET TAT-TALB TAL-PAPA GĦAL DIĊEMBRU

Pope praying

Matul ix-xahar ta’ Diċembru, l-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Papa Benedittu XVI se tkun “sabiex il-popli kolha jikbru fl-armonija u l-paċi permezz ta’ rispett u fehim”.

L-Appostolatura ta’ talb tal-Papa, bħal ma tagħmel kull xahar, ħabbret l-intenzjonijiet tat-talb tal-Kap tal-Knisja għax-xahar li ġej. Minbarra l-intenezjoni ġenerali, ħabbret ukoll l-intenzjoni missjunarja.

Qalet li “l-Papa se jitlob sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ ikunu messaġġiera tal-Evanġelju, u jkunu rispettati u mħarsa minn kull sfruttament uv jolenza”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 30 ta’ Novembru

Mattew 4, 18-22

Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija lemaħ żewġt aħwa, Xmun jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, qegħdin jixħtu x-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin. ” U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh. Wara li mexa minn hemm ra żewġt aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom Żebedew isewwu x-xbiek tagħhom, u sejjħilhom… Kompli aqra »

L-ISQOF DEPASQUALE JMUR LURA F’DAR IL-MISSIER TAS-SEMA

Adds funeral details and statement by the College of Parish Priests.

Tħabbret il-mewt tal-Isqof Annetto Depasquale li huwa minn Ħal Qormi. Huwa kien Isqof Awżiljarju u Isqof Titulari ta’ Aradi. L-Isqof Depasquale li kellu 73 sena miet fit-3.45 p.m.

BIJOGRAFIJA

Mons. Annetto Depasquale twieled Ħal Qormi, fit-28 ta’ Ġunju 1938. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola tas-Sorijiet ta’ St Joseph (il-Belt) u l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo… Kompli aqra »

GĦAŻLIET U SEJJAĦTLI

GĦAŻLIET – Il-Ħamis 1-12-2011 – fuq Education 22,  fis-1.30pm, b’repetizzjoni fis-6.00pm u fid- 9.00pm u l-Ħadd fl-10.15am

Kemm inħobbu verament l-annimali?  Għaliex wara li nkunu tajna pet lit-tfal tagħna, meta jixbgħu minnu jitilquh bl-addoċċ?  Kemm aħna egoisti f’dan ir-rigward?

Għaliex għandna nħobbu l-annimali bħal meta nħobbu lit-tfal tagħna stess?  Huwa possibbli?  U jekk ma nħobbuhomx, allura għandna naħqruhom?  Christine Delicata ser titkellem ma’ esperta f’dan il-qasam peress li tieħu ħsieb ħafna annimali li jiġu abbandunati.  … Kompli aqra »

IL-VATIKAN IFAKKAR L-ANNIVERSARJU TA’ “FAMILIARIS CONSORTIO” TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU II

Familiaris Consortio

Il-Kunsill Pontifiċju għall-Familja se jkun qed ifakkar l-anniversarju mit-twaqqif tiegħu waqt Assemblea Plenarja il-ġimgħa d-dieħla, li se taħbat ukoll mat-30 anniversarju ta’ “Familiaris Consortio”. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, kienet ippreżentata l-konferenza li se ssir bejn it-Tlieta u l-Ħamis. Kienu uffiċjali ta’ dan id-dekasteru tal-Vatikan li għamlu din il-preżentazzjoni.

Il-President tal-Kunsill, il-Kardinal Ennio Antonelli, issottolinea temi mill-“Familiaris Consortio” bħall-irwol ċentrali tal-familja fl-evanġelizzazzjoni l-ġdida u l-ministeru pastorali fil-parroċċi u d-djoċesijiet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 29 ta’ Novembru

Luke 10, 21-24

F’dak l-istess ħin Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf min hu l-Iben ħlief il-Missier, anqas min hu   l-Missier ħlief l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.” Mbagħad dar lejn id-dixxipli u qal lilhom weħidhom: “Henjin l-għajnejn li jaraw dak li qegħdin taraw intom… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI TAL-IMTARFA

Nhar is-Sibt 26 ta’ Novembru 2011, l -Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  iltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija tal-Imtarfa. Aktar tard, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fiċ-Ċentru parrokkjali fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-parroċċa tal-Imtarfa u wara iltaqa’ man-nies.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof fl-Imtarfa.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 28 ta’ Novembru

Mattew 8, 5-11

Daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq. ” Qallu Ġesù: “Niġi jien infejjqu” “Sinjur,” qallu ċ-ċenturjun, “Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta’ ħaddieħor, u jien stess għandi suldati taħti; lil wieħed ngħidlu, ‘Mur’, u jmur; lil ieħor ngħidlu, ‘Ejja’, u jiġi; u lill-ilsir tiegħi ngħidlu, ‘agħmel dan’, u jagħmlu.” Ġesù baqa’ mistagħġeb meta sama’ dan, u qal lil dawk li kienu miexja warajh: “Tassew, ngħidilkom, f’ħadd minn Iżrael ma sibt fidi bħal din… Kompli aqra »