Arkivji mensili: Novembru 2011

155 PERSUNA JIGGRADWAW MILL-ISTITUT TA’ FORMAZZJONI PASTORALI

L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali tal-Knisja f’Malta organizza ċ-ċerimonja annwali ta’ gradwazzjoni għal 155 persuna li matul l-aħħar sena akkademika temmew b’suċċess 9 korsijiet differenti. Din iċ-ċerimonja li għaliha attenda l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. saret fis-Seminarju, tal-Virtù, nhar it-Tlieta 8 ta’ Novembru 2011. Il-korsijiet li saru kienu:

  • General Education Award in Evangelisation (MQC level 4)
  • A Short Introduction to the Liturgy (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Catholic Social Teaching (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Natural Family Planning (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Christian Leadership II (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Christian Leadership III (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Theology (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry (MQC level 5)
  • Higher Education Award in Catholic Religious Education (MQC level 7)

Għall-ewwel darba ngħataw ċertifikati għall-korsijiet li huma akkreditati mill-Malta Qualifications CouncilKompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 10 ta’ Novembru

Luqa 17, 20-25

Il-Fariżej staqsewh meta kienet se tiġi s-Saltna ta’ Alla, u hu weġibhom: “Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru; lanqas ħadd ma hu se jgħid, ‘Arawha, hawn,’ jew, ‘Hemm’, għax araw, is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda.” Lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Għad jiġi żmien meta tkunu tixtiequ taraw jum wieħed minn żmien Bin  il-bniedem u ma tarawhx… Kompli aqra »

ISQFIJIET IWISSU DWAR THEDDIDA TA’ GWERRA ĊIVILI FIS-SUDAN

Sudan violence

L-Isqfijiet fis-Sudan wissew li l-vjolenza dejjem tinfirex fis-Sudan, partikolarment fin-nofsinhar tal-pajjiż, qed twassal biex tikber it-theddida ta’ gwerra ċivili, iktar u iktar jekk il-komunita internazzjonali ma tintervjenix. Il-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi tas-Sudan, li sservi l-pajjiż u anki n-nofsinhar tal-pajjiż – riċentament iddikjarat Stat ġdid, qalu f’komunikat li tinħass ħtieġa immedjata għal intervent min-naħa tal-komunita internazzjonali… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF FL-OKKAZJONI TAL-GRADWAZZJONI TAL-ISTITUT TA’ FORMAZZJONI PASTORALI

Is-Seminarju tal-Virtu’, Rabat

8 ta’ Novembru 2011

Ħuti,

l-ewwelnett nirringrazzjakom  kemm għaliex ġejtu l-lejla, imma aktar minn hekk, għaliex ħassejtu ġewwa fikom ix-xewqa li tikbru fil-kelma tal-Mulej u naħseb iktar ma’ jgħaddi ż-żmien aktar din ix-xewqa hemm bżonn li tikber u tinxtered.

U waħda mill-missjonijiet kbar li aħna rridu nagħmlu bħala Knisja, hija li l-kultura ta’ madwarna ngħinuha tifhem xi kliem, mhux fil-kuntest tal-kultura prevalenti imma fil-kuntest tal-kelma t’Alla li tuża’ din l-istess kelma.  … Kompli aqra »

STUDENTI JITOLBU R-RUŻARJU FAVUR IL-ĦAJJA… U JGĦINU LILL-URSOLINI

Studenti tal-Kulleġġ Santa Margerita, Skola Sekondarja Subien, Verdala, Bormla, ix-xahar li għadda talbu r-rużarju flimkien favur il-ħajja. Fit-tradizzjoni tal-Knisja, Ottubru hu x-xahar iddedikat lill-Madonna.

L-attività kienet organizzata waqt il-lezzjonijiet tar-reliġjon mid-Dipartiment tar-Reliġjon tal-Kulleġġ, li jiġi taħt id-direzzjoni ta’ Martin Azzopardi sdc. Waqt kull lezzjoni tar-reliġjon, l-għalliem kien jgħaddi kuruna tar-rużarju fost l-istudenti u jistedinhom fuq bazi volontarja biex jitolbu fis-skiet l-Ave Maria bl-intenzjoni li inqas persuni jagħmlu rikors għall-abort… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Novembru

Dedikazzjoni tal-Bazilki San Gwann Lateran

Gwann 2, 13-22

Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ‘il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JAPPOĠĠJA RIĊERKA DWAR KURA BL-UŻU TA’ ĊELLOLI STEMINALI TAL-ADULTI

Adult stem cell research

Konferenza internazzjonali bit-titlu “Adult Stem Cells: Science and the Future of Man and Culture” se tiskatta fil-Vatikan matul il-jum tal-Erbgħa u ttul sa nhar il-Ġimgħa, organizzata mill-Fondazzjoni Amerikana Stem for Life, flimkien mal-Kunsill Pontifiċju għall-Kultura, bil-għan li jappoġġja r-riċerka u jżid il-kuxjenza pubblika dwar it-trattament bl-użu ta’ ċelloli steminali tal-adulti. Għall-konferenza qed jattendu 350 xjentist, personalitajiet reliġjużi, politiċi u rappreżentanti mill-qasam tal-industrija u mis-settur edukattiv… Kompli aqra »

PROGRAMM PASTORALI TAL-ORATORJU MSSP

L-Oratorju MSSP Birkirkara, taħt it-tmexxija ta’ Fr Martin Cilia, qed jistieden lil kull min hu nteressat biex jattendi rtir tal-Avvent li ser isir nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru, mid-9:00 a.m. sas-1:00 p.m. Din l-attività hija waħda mill-iniżjattivi li bdew f’Ottubru u jibqgħu sejrin sa’ Ġunju 2012 bħala parti mill-programm pastorali tal-Oratorju MSSP li jinkludi korsijiet bibliċi, laqgħat ta’ katekeżi, irtiri u esperjenza ta’ qrar kull l-ewwel Ħamis tax-xahar bejn is-6:30 p.m… Kompli aqra »