Arkivji mensili: Novembru 2011

ASSEMBLEA ANNWALI TAL-MOVIMENT TA’ KANA

The Cana Movement held the annual Assembly for those couples who lead the various marriage preparation courses throughout parishes in Malta. This was held at the Archbishop’s Seminary, Tal-Virtu’ on Saturday 5th November 2011.

In his opening address, the Director of the Movement, Rev Dr Joseph Mizzi, thanked those present for their commitment and dedication towards their apostolate: that of preparing engaged couples for Christian marriage… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Novembru

Luqa 17, 7-10

“Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x’se jgħidlu? ‘Ejja, isa, u oqgħod   għall-ikel’? jew, ‘Lestili x’niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int?’ Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu? Hekk ukoll intom, meta tagħmlu kull ma tkunu ordnati, għidu, ‘Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn; għamilna biss dak li kellna nagħmlu”.’

Il-Qaddis tal-jum: San Goffredu ta’ Amiens Kompli aqra »

L-ISQOF GRECH DWAR IŻ-ŻJARA TIEGĦU FL-AWSTRALJA: ‘KIENU ĠIMGĦAT SBIEĦ ĦAFNA’

“Nista’ ngħid li personalment wessajt iċ-ċirku ta’ ‘ħuti’ għax ġejt fostkom u lqajtuni bħala ħukom! Għamilt konoxxenza aktar mill-qrib ta’ xi wħud minn ħuti Maltin fis-saċerdozju, segwejt il-ħidmiet varji tagħhom u apprezzajt aktar il-prezz li huma qed iħallsu biex iwettqu l-missjoni tagħhom fostkom!

“Kelli l-opportunità nkun aktar qrib tar-reliġjuzi Maltin. Imma fuq kollox, l-għaxqa tiegħi kienet meta ħaddanna lil xulxin bħala aħwa mingħajr ma tajna każ ta’ ebda konfini li b’xi mod jistgħu jżommuna ’l bogħod minn xulxin – konfini ġjografiċi, kulturali, reliġjużi, politiċi jew ideoloġiċi! … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Novembru

Luqa 17,1-6

Darba lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin. Oqogħdu attenti! “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, widdbu, u jekk jindem aħfirlu… Kompli aqra »

7-13 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.15 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi t-tieni minn serje oħra ta’ laqgħat għall-kleru, fil-kunvent tad-Dumnikani, Rabat.

8.00 p.m. L-Arċisqof jattendi l-inawgurazzjoni tal-ktieb ‘Ilwien Festi Maltin’ mill-awturi Mark Micallef u Andrew Borg, fl-Iskola tal-Arti, il-Belt, Valletta.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi t-tielet minn serje oħra ta’ laqgħat għall-kleru, fid-Dar tal-Irtiri Mount St… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Novembru

Matthew 25, 1-13

“Mbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li   l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom  in-ngħas u raqdu… Kompli aqra »

HENRY U INEZ CASOLANI

Friday 14th October 2011 marked yet another important occasion to make the couple Henry and Inez Casolani better known. The meeting was held at Teresa Spinelli Auditorium, St. Monica School, B’Kara. A good number of devotees, acquaintances and family members of the couple gathered to participate in this experience; among them was their daughter Sr. Cecilia Mary Casolani of St. Joseph of the Apparition… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 5 ta’ Novembru

Luqa 16, 9-15

U jiena ngħidilkom, agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta’ dejjem. Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? U jekk ma wrejtux ruħkom fidili f’dak li hu ta’ ħaddieħor, min se jagħtikom dak li hu tagħkom? … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 4 ta’ Novembru

Luqa 16, 1-8

Qal ukoll lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu, ‘Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? Agħtini kont ta’ l-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi.’ L-amministratur bejnu u bejn ruħu qal, ‘Issa x’sejjer nagħmel, ladarba sidi se jneħħini mill-amministrazzjoni? … Kompli aqra »

IL-PAPA JITLOB LI S-SUMMIT TAL-Ġ-20 JAĦSEB FIL-FQAR TAD-DINJA

G20 summit in Cannes, France

Il-Papa Benedittu XVI talab sabiex is-summit li qed ilaqqa’ lill-mexxejja tal-pajjiżi bl-ikbar ekonomiji fid-dinja, isib mezzi kif tingħeleb il-kriżi ekonomika kurrenti, u jkun promoss żvilupp reali. Fi tmiem l-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, dil-ġimgħa l-Papa għamel appell speċjali lill-mexxejja tal-Ġ-20 li qed jiltaqgħu f’summit bejn illum u għada f’ Cannes fi Franza.

“Nittama li s-summit jgħin fis-soluzzjoni ta’ diffikultajiet li fuq livell globali qed joħonqu l-promozzjoni tal-iżvilupp uman u integrali awtentiku”, qal Benedittu XVI… Kompli aqra »