Yearly Archives: 2011

IS-SANTA SEDE TINDIRIZZA L-PROBLEMA TAL-QGĦAD

Employment

Skont is-Santa Sede, il-kwistjoni globali tal-qgħad hi indikazzjoni tal-problema strutturali li kienet identifikata ħafna qabel faqqgħet il-kriżi finanzjarja dinjija. Il-konsegwenza tagħha intqal li hu xenarju li “kulħadd għandu jevita”.

Ir-rappreżentant permanenti tas-Santa Sede fl-Uffiċċji tal-Ġnus Maqgħuda f’Ġinevra, l-Arċisqof SilvanoTomasi, għamel din l-osservazzjoni waqt il-mitt sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol.

L-Arċisqof innota kif “f’ħafna każijiet, Gvernijiet sovrana ma kienux kapaċi jsibu formula ta’ tkabbir ekonomiku li jirrestewra l-impjiegi u jassigura opportunitajiet ġodda ta’ xogħol għall-miljuni ta’ nies li qed ifittxu impjieg.Għaldaqstant ir-rati tal-qgħad jibqgħu għoljin u ma juru l-ebda sinjal ta’ rkupru fi żmien qasir…ebda prospett tajjeb għall-ġejjieni”… Kompli aqra »

‘NEĦTIEĠU NOPPONU D-DISINTEGRAZZJONI FID-DINJA GĦARBIJA’

Violence and more attacks

Hekk kif is-sitwazzjoni fis-Sirja qed tkompli tkaxkar, hu ferm possibbli li kulma jmur jonqos in-numru ta’ nies li jittamaw fid-djalogu. Sadattant, il-Vatikan ikompli jappella għad-djalogu għax jemmen li huwa soluzzjoni għall-kunflitt. Id-Direttur għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Ġiżwita Federico Lombardi, dawwar ħarstu lejn is-Sirja waqt edizzjoni riċenti fuq il-programm televiżiv tal-Vatikan Octava Dies.

Dan isegwi dak li l-Papa ilu jitkellem dwaru tul il-kunflitt li ilu għaddej ix-xhur… Kompli aqra »

Check – In

Lulju 2 -3, 2011: iż-żgħażagħ jagħtu bidu differenti għas-Sajf permezz ta’ “Check-in”, ġewwa San Ġiljan. Mijiet ta’ żgħażagħ ser ikunu impenjati f’ħidma volontarja matul is-Sajf, kemm f’Malta kif ukoll barra. Oħrajn se jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet internazzjonali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Madrid. Għalkemm kull esperjenza minn dawn hija unika, kollha kemm huma iqanqlu espressjonijiet profondi tal-fidi.

“Check-in” ser iġġib dawn l-esperjenzi kollha flimkien għal attività li tibqa’ għaddeja matul il-lejl kollu… Kompli aqra »

L-GĦAQDA BEJN IL-PAJJIŻI BIS-SAĦĦA TAL-ISPIRTU S-SANTU

Feast of the Holy Spirit

Il-Papa Benedittu XVI qal li l-Ispirtu s-Santu, ċċelebrata fil-festa ta’ Pentekoste, timla lill-univers u tkebbes l-għaqda bejn il-pajjiżi. Qabel it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa rrifletta dwar ir-rwol tat-tielet Persuna tat-Trinita Mqaddsa.

Żied li Pentekoste hija l-milja tal-misteru Paskali, tfakkar “l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli, li kienu miġbura ma’ Marija, omm Ġesu, u dixxipli oħra… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF FIL-VĠILI TA’ PENTEKOSTE



Ħuti,

Din is-sena aħna ġbarna l-esperjenza tal-ewwel Knisja taħt it-tmexxija tal-Ispirtu s-Santu f’dawn it-tlett siltiet: “Id-dixxipli mtlew bil-ferħ u bl-Ispirtu s-Santu” (At 8,4); “bdew ixandru l-Kelma tal-Bxara t-Tajba kull fejn marru” (At 13,52) u b’hekk “il-Kelma t’Alla baqgħet tixtered ma’ l-art kollha” (At 13,40).

Dan il-vġili jrid iħejjina għal dik il-ġrajja li permezz tagħha twieldet il-Knisja: Għid il-Ħamsin… Kompli aqra »

13 – 19 TA’ Ġunju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment, jiċċelebra Quddiesa u jibqa’ magħhom għall-ikel.

It-Tlieta

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, tal-Virtu’.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja.

11.45 a.m. L-Arċisqof jagħlaq it-tieni sessjoni tal-Kors tal-Aġġornament għall-Kleru, is-Seminarju… Kompli aqra »

KILOMETRI FUQ IR-ROTA B’RISQ DAR TAL-KNISJA F’ĦAŻ-ŻABBAR

B’kollox se jagħmel 1,250 kilometru fuq ir-rota biex jiġbor fondi għal Dar Sagra Familja, Ħaż-Żabbar! L-inizjattiva hi ta’ Franco Azzopardi, iċ-Ċermen ta’ Radju RTK, li aktar tard dan ix-xahar beħsiebu jagħmel żewġ maratoni bir-rota, waħda bejn Londra u Pariġi fuq medda ta’ 500 kilometru, li jrid jagħmel f’24 siegħa, u ġimgħa wara maratona oħra fl-Isvizzera, did-darba ta’ 720 kilometru, fuq terran aktar diffiċli, u li jrid jagħmel fi 28 siegħa… Kompli aqra »

ISQOF LIBJAN IWISSI DWAR KUNFLITT INTERN, JIKKRITIKA L-ATTAKKI TAN-NATO

Libya happenings

L-uffiċjal għoli tal-Knisja fil-Libja, l-Isqof Giovanni Martinelli ta’ Tripli, esprima t-tħassib serju tiegħu dwar il-kunflitt li qal li jiġġenera aktar ġlied fit-tul fost il-fazzjonijiet u t-tribujiet fil-Libja. Qal li jemmen li soluzzjoni negozjabbli għadha possibbli. Dan irrappurtatu l-l-aġenzija missjunarja tal-aħbarijiet tal-Vatikan.

L-Isqof Martinelli qal lill-aġenzija Fides li “kull min jaħseb li jista’ jissolva l-kunflitt b’attakki u bumbardamenti, sejjer żball”. Martinelli humagħruf għall-kritika konsistenti tiegħu sa mill-bidu għall-attakki tan-NATO kontra l-mexxej Libjan Moammar Gaddafi u l-forzi tiegħu… Kompli aqra »