Employment

Skont is-Santa Sede, il-kwistjoni globali tal-qgħad hi indikazzjoni tal-problema strutturali li kienet identifikata ħafna qabel faqqgħet il-kriżi finanzjarja dinjija. Il-konsegwenza tagħha intqal li hu xenarju li “kulħadd għandu jevita”.

Ir-rappreżentant permanenti tas-Santa Sede fl-Uffiċċji tal-Ġnus Maqgħuda f’Ġinevra, l-Arċisqof SilvanoTomasi, għamel din l-osservazzjoni waqt il-mitt sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol.

L-Arċisqof innota kif “f’ħafna każijiet, Gvernijiet sovrana ma kienux kapaċi jsibu formula ta’ tkabbir ekonomiku li jirrestewra l-impjiegi u jassigura opportunitajiet ġodda ta’ xogħol għall-miljuni ta’ nies li qed ifittxu impjieg.Għaldaqstant ir-rati tal-qgħad jibqgħu għoljin u ma juru l-ebda sinjal ta’ rkupru fi żmien qasir…ebda prospett tajjeb għall-ġejjieni”.

L-Arċisqof Tomasi innota li partikolarment milquta huma ż-żgħażagħ.Madwar 78 miljun fl-eta ta’ bejn il-15 u l-24 sena, fl-2010 kienu bla xogħol, rata ta’ iktar mid-doppju tal-qgħad fost il-kbar. Il-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ qal li għandha impatt usa’ u iktar profond li jolqot is-soċjeta b’mod sħiħ. Huwa semma wkoll l-isfiduċja li dawk qiegħda jiżiluppaw fihom għas-suq tax-xogħol. L-inċertezza fil-qasam tal-opportunitajiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, qal li toħloq instabilita psikoloġika, li tirriżulta f’nuqqas ta’ pjanar għall-futur, fejn fost l-oħrajn jintlaqat iż-żwieġ, għax isir iktar diffiċli biex jimmaterjalizza.

L-Arċisqof Tomasi, waqt li kkwota minn Cartitas in Veritate, qal li “dan iwassal għal tnaqqis fil-livell ta’ dinjita umana, biex wieħedjevitamillijsemmi ukoll il-ħela ta’ riżorsi soċjali”.

Kompla jispjega li n-nisa wkoll isofru mis-sitwazzjoni tal-qgħad.

B’viżjoni għall-futur, l-Arċisqof Tomasi enfasizza fuq il-ħtieġa ta’ investiment f’relazzjonijiet b’saħħithom li qal li huma l-forza li ssuq l-innovazzjoni umana, ekonomika u soċjali flimkien mal-progress.