Yearly Archives: 2011

Il-Vanġelu tal-Jum – 11 ta’ Lulju

Mattew 19, 27-29

Mbagħad qabeż Pietru u qallu: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk; issa x’se jmissna?”  Ġesù qalilhom: “Tassew ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida, meta Bin il-bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta’ Iżrael… Kompli aqra »

11 – 17 ta’ Lulju

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Superjur Ġenerali tal-MUSEUM fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Benedittu, fil-Monasteru ta’ San Pietru, l-Imdina.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Puluzija, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum u Kelma Għall-Ħajja – 10 ta’ Lulju

Agħfas fuq l-istampa li tidher hawn taħt biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


Mattew 13, 1-23

Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt, u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli… Kompli aqra »

ENFASI FUQ IL-QRAR GĦAL WAQT IL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Il-Papa Benedittu XVI introduċa żewġ inizjattivi ewlenin għal waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (WYD) .

Fl-ewwel Jum Dinji taż-Żgħażagħ tiegħu bħala Papa, f’Cologne fl-2005, Benedittu kien iqatta’ ħin twil jitlob fis-skiet quddiem is-Sagrament Imqaddes. Minn dak iż-żmien ’il hawn, l-adorazzjoni Ewkaristika saret fattur regolari fl-iskeda tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Lulju

Mattew 10, 16-23

“Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu… Kompli aqra »

IL-PAPA JQATTA’ S-SAJF F’CASTELGANDOLFO

Pope in Castel-Gandolfo

F’nota ppubblikata, il-Prefettura għas-Sede Pontifiċja ħabbar li l-Papa, il-Ħamis filgħaxija se jaqbad triqtu lejn Castelgandolfo, il-Palazz Appostoliku fin-nofsinhar ta’ Ruma. Hemm se jkun qed iqatta’ s-sajf.

Matul l-istaġun tal-btajjel, l-udjenzi speċjali u dawk privati, fl-iskedi tal-Papa, se jkunu sospiżi. Bl-istess mod ikunu wkoll sospiżi l-udjenzi ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa matul Lulju, li jirreżumu imbagħad fl-ewwel Erbgħa t’Awwissu. Fl-istess perjodu, il-Papa se jkun jitlob l-Angelus tal-Ħadd mill-istess Palazz Appostoliku… Kompli aqra »

OĦLOQ TBISSIMA

Dalwaqt terġa tkun magħna l-Maratona Oħloq Tbissima – il-Maratona ta’ 60 siegħa xandir live imtella’ minn ĊAM Productions international (CPi), il-production house fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).   Din is-sena Oħloq Tbissima ser tibda  nofsinhar tat-8 ta’ Lulju u tibqa sejra bla waqfien sal-Ħadd 10 ta’ Lulju f’nofsillejl.

Din il-Maratona, din is-sena fid-disa’ edizzjoni tagħha, issa ndrat sew u ħafna jafu li l-għan ta’ din il-maratona hu li titqajjem kuxjenza missjunarja, filwaqt li jinġabru fondi b’risq il-missjonijiet fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP), fil-Filippini, fil-Peru  u fil-Pakistan, kif ukoll b’risq Dar San Ġużepp f’Santa Venera… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Lulju

Mattew 10, 7-15

Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejjqu l-morda, qajjmu l-mejtin, fejjqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu… Kompli aqra »

L-ANNIVERSARJU TAL-ORDINAZZJONI EPISKOPALI TAL-ISQOF EMANUEL GALEA

Il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien se torganiżża Quddiesa u talb biex tfakkar l-anniversarju tal-Ordinazzjoni Episkopali tal-Qaddej ta’ Alla, l-Isqof Emanuel Galea, nhar is-Sibt 9 ta’ Lulju, 2011, fis-6.00 p.m. fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien.

L-Isqof Emanuel Galea ħadem bħala sacerdot f’ din il-Parroċċa matul is-snin li fihom ħuħ Dun Salv Galea kien Kappillan fl-istess Parroċċa (1918-1935). Baqa’ mfakkar bħala konfessur, flimkien ma’ ħuħ ieħor Dun Franġisk, għal ħinijiet twal u regulari ta’ qrar, u bħala predikatur… Kompli aqra »