Pope in Castel-Gandolfo

F’nota ppubblikata, il-Prefettura għas-Sede Pontifiċja ħabbar li l-Papa, il-Ħamis filgħaxija se jaqbad triqtu lejn Castelgandolfo, il-Palazz Appostoliku fin-nofsinhar ta’ Ruma. Hemm se jkun qed iqatta’ s-sajf.

Matul l-istaġun tal-btajjel, l-udjenzi speċjali u dawk privati, fl-iskedi tal-Papa, se jkunu sospiżi. Bl-istess mod ikunu wkoll sospiżi l-udjenzi ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa matul Lulju, li jirreżumu imbagħad fl-ewwel Erbgħa t’Awwissu. Fl-istess perjodu, il-Papa se jkun jitlob l-Angelus tal-Ħadd mill-istess Palazz Appostoliku.

‘LUX IN ARCANA’- WIRJA TA’ ARKIVJI SIGRIETI TAL-VATIKAN

L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan indirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha preżenta dettalji dwar il-wirja LUX IN ARCANA b’arkivji sigrieti tal-Vatikan. Il-wirja se tkun inawgurata fil-Mużewijiet Capitoline f’Ruma fi Frar 2012.

Jieħdu sehem fil-konferenza tal-bieraħ kienu fost oħrajn il-Kardinal Tarcisio Bertone u l-Kardinal Raffaele Farina, arkivista u library tal-Knisja, l-Isqof Sergio Pagano, Prefett tal-Arkivji Sigrieti tal-Vatikan, is-Sindku ta’ Ruma Giovanni Alemanno u personalitajiet oħra fis-settur tal-wirt storiku u kulturali.