Arkivji mensili: Jannar 2012

SEMINAR: IT-TEATRU … IL-KARATTRU …

Data: Is-Sibt, 21 ta’ Jannar 2012

Post: WOW Millennium Chapel – Paceville

Ħin: 9.15am – 12.30pm

Prezz: €7.00 (prezz issussidjat li jinkludi l-kafe/te’)

Bħala parti mill-programm ta’ ongoing formation ikkoordinat mis-Segretarjat għall-Katekeżi, flimkien mal-KDŻ u l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, din is-sena sa jiffokkaw ħafna fuq is-sinteżi bejn il-fidi u l-kultura. Għal dan il-għan qed jorganizzaw Seminar bit-tema: It-Teatru… il-Karattru… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-PAPA BENEDITTU XVI GĦALL-JUM DINJI TAL-MIGRANTI U R-REFUĠJATI

Għeżież ħuti,

Ix-xandir ta’ Ġesù Kristu, il-Feddej uniku tad-dinja “jikkostitwixxi l-missjoni essenzjali tal-Knisja.  Hija ħidma u missjoni li t-tibdiliet vasti u profondi tas-soċjetà tal-lum jagħmluha dejjem aktar urġenti” (Evangelii Nuntiandi, 14).  Fil-fatt, illum aħna nħossu l-ħtieġa urġenti li nagħtu imbuttatura  ġdida lill-ħidma ta’ evanġelizazzjoni u nħaddmu metodi ġodda f’dinja fejn it-tneħħija tal-fruntieri u l-proċessi l-ġodda tal-globalizazzjoni qed iressqu l-individwi u l-poplu dejjem eqreb ta’ xulxin.   … Kompli aqra »

16 – 22 ta’ Jannar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Evanġelizzazzjoni tal-parroċċa.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Adolexxenti u Żgħażagħ tal-istess parroċċa.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, il-Kurja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 15 ta’ Jannar

It-Tieni Hadd tas-Sena

Ġwann 1, 35-42

L-għada Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla.” Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù. Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: “Xi tridu?” Iżda huma staqsewh: “Fejn toqgħod, Rabbi?” – li tfisser Mgħallem… Kompli aqra »

L-ORDINAZZJONI EPISKOPALI TA’ PATRI PROSPERO GRECH

L-ordinazzjoni episkopali ta’ Patri Prospero Grech OSA se ssir fit-8 ta’ Frar li ġej, fis-6.00 p.m., fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Dan ġie deċiz f’dawn l-aħħar jiem mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u Patri Prospero Grech, wara li l-Papa Benedittu XVI ħabbar li Patri Prospero se jkun wieħed mill-Kardinali l-ġodda li huwa se jaħtar fil-Konċistorju tat-18 ta’ Frar.

F’Malta, Patri Prospero se jkun ikkonsagrat Arċisqof minn Monsinjur Giuseppe Versaldi, Arċisqof u President tal-Prefettura tal-Affarijiet Ekonomiċi tas-Santa Sede… Kompli aqra »

PATRI PROSPERO GRECH OSA SE JKUN ORDNAT ARĊISQOF FIT-8 TA’ FRAR

Fit-8 ta’ Frar li ġej, Patri Prospero Grech OSA se jkun ordnat Arċisqof fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Għaxart ijiem wara, imbagħad, jiġifieri fit-18 ta’ Frar, il-Papa Benedittu XVI se jinnominah membru tal-Kulleġġ tal-Kardinali. Patri Prospero hu l-ewwel patri Agostinjan li se jkun nominat Kardinal f’aktar minn 100 sena. Hu se jkun ikkonsagrat Arċisqof minn ħabib kbir tiegħu, il-Kardinal Elett Mons Giuseppe Versaldi, fil-preżent President tal-Prefettura tal-Affarijiet Ekonomiċi tas-Santa Sede… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 14 ta’ Jannar

Mark 2, 13-17

Raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li kif kien fuq il-mejda fid-dar tiegħu, bosta pubblikani u midinbin qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù, u mad-dixxipli tiegħu; għax kien hemm ħafna li bdew imorru warajh… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MA’ KUMMISSJONIJIET F’BIRKIRKARA

Nhar il-Ħamis 12 ta’ Jannar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentzzjoni Sinodu, fiċ-Ċentru Parrokkjali, San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’ Birkirkara.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-KOPPJI MIŻŻEWĠA U GĦARAJJES

Għada, s-Sibt 14 ta’ Jannar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra Quddiesa għal dawk li żżewġu matul l-2011. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, fis-6:30 p.m.

Nhar il-Ħadd 12 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa għall-għarajjes li se jiżżewgu din is-sena. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, fis-6.30 p.m. Kompli aqra »