Arkivji mensili: Jannar 2012

Il-Vanġelu tal-Jum 18 ta’ Jannar

Mark 3,1-6

Raġa’ daħal fis-sinagoga, u kien hemm raġel li kellu idu niexfa. U qagħdu jgħassulu jekk ifejjqux f’jum is-Sibt, biex ikollhom fuqiex jixluh.  Imma hu qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, ejja fin-nofs.” Mbagħad staqsa lilhom: “X’jiswa li tagħmel nhar ta’ Sibt, ġid jew deni? Issalva ħajja jew toqtolha?” Iżda huma baqgħu siekta… Kompli aqra »

SERVIZZ EKUMENIKU – ĠIMGĦA TA’ TALB GĦAL-GĦAQDA FOST L-INSARA 2012

Bejn l-Erbgħa 18 u l-Erbgħa 25 ta’ Jannar se tkun iċċelebrata l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara. Għal din il-għan se jsir Servizz Ekumeniku Djoċesan nhar il-Ħamis 19 ta’ Jannar fis-6.30p.m., f’St Paul’s Pro-Cathedral (tal-Anglikani), il-Belt Valletta.

Is-servizz ta’ talb, li jdum madwar siegħa, se jitmexxa mill-Kanċillier ta’ St Paul’s Pro-Cathedral, Canon Simon Godfrey. Ir-riflessjoni ta’ din is-sena se ssir mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P… Kompli aqra »

JINTENSIFIKAW IT-TĦEJJIJIET GĦAL-LAQGĦA DINJIJA TAL-FAMILJI

Family

B’madwar 140 jum bogħod qabel is-7 Laqgħa dinjija tal-Familji , lit kun tinkludi l-parteċipazzjoni tal-Papa Benedittu XVI f’Milan, it-tħejjijiet qed jintensifikaw. Dil-ġimgħa hu organizzat Simpożju fl-Universita Pontifiċja Laterana propju biex iħejji għal-Laqgħa dinjija ta’ bejn it-30 ta’ Mejju u t-3 ta’ Ġunju li ġej. Is-Simpożju hu frott tas-sinerġija bejn l-Istitut Pontifiċju Ġwanni Pawlu II għaż-Żwieġ u l-Familja u l-Istitut Pontifiċju Pastorali Redemptor Hominis… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 17 ta’ Jannar

Mark 2,23-28

Ġara li darba s-Sibt kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u  d-dixxipli tiegħu, huma u mexjin, bdew jaqtgħu s-sbul. U l-Fariżej staqsewh: “Ara, għaliex qegħdin jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?” U hu qalilhom: “Qatt ma qrajtu x’għamel David meta kien fil-ħtieġa u ħadu l-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu, kif daħal fid-dar ta’ Alla, fi żmien il-qassis il-kbir Abjatar, u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li ħadd ma kien jista’ jieklu ħlief il-qassisin, u ta minnu wkoll lil min kien miegħu?” U qalilhom: “Is-Sibt kien magħmul għall-bniedem, u mhux il-bniedem għas-Sibt… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-KUMMISSJONI LITURĠIJA TA’ BIRKIRKARA

Nhar il-Ħadd 15 ta’ Jannar 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’ Birkirkara.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 16 ta’ Jannar

St Mark 2,18-22

Darba waħda d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej kienu sajmin, u ġew u qalu lil Ġesù: “Għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni u d-dixxipli  tal-Fariżej isumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?” Qalilhom Ġesù: “Huwa l-ħbieb ta’ l-għarus se jsumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Sakemm ikollhom l-għarus magħhom m’humiex se jsumu. Imma jasal il-jum meta l-għarus jitteħdilhom, u mbagħad isumu dakinhar… Kompli aqra »

QUDDIESA GĦALL-KOPPJI LI ŻŻEWĠU FL-2011

Is-Sibt 14 ta’ Jannar 2012, l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. ċċelebra Quddiesa fil-KonKatidral ta’ San Gwann, il-Belt Valletta, ghall-koppji li zzewgu matul is-sena 2011.

Fil-messagg tieghu, l-Arcisqof Cremona tkellem dwar il-vokazzjoni taz-zwieg nisrani u semma l-importanza li ssir distinzjoni bejn tieg u zwieg nisrani. L-Arcisqof spjega li t-tieg nisrani huwa ghal gurnata, filwaqt li z-zwieg nisrani huwa ghal hajjitna kollha… Kompli aqra »

1,520 ŻWIEĠ FIL-KNISJA FIS-SENA 2011

In-numru ta’ żwiġijiet fil-Knisja li ġew irreġistrati fl-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2011 kien ta’ 1,520.

Mit-total ta’ żwiġijiet rreġistrati fl-2011, 1,315-il żwieġ kienu bejn Maltin. Kien hemm ukoll 66 żwieġ bejn Maltin u barranin. Dawn kienu mqassmin hekk:  31 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Kattoliċi barrani; 23 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Insara mhux Kattoliċi barranin; 12-il żwieġ ta’ Maltin ma’ barranin li mhumiex Insara… Kompli aqra »