Arkivji mensili: Jannar 2012

IL-PAPA BENEDITTU XVI JAĦTAR KARDINAL MALTI

Illum ftit wara nofsinhar, eżatt wara t-talba tal-Angelus, il-Papa Benedittu XVI semma li se jagħmel Konċistorju li fih kien se jaħtar numru ta’ kardinali.

Huwa ta’ ferħ kbir għal poplu ta’ dawn il-gżejjer, b’mod speċjali tal-Knisja Kattolika, li fosthom hemm saċerdot Malti. Dan hu Patri Prospero Grech, patri Agostinjan li hu ħafna rispettat bħala espert fl-Iskrittura Mqaddsa. Patri Prospero Grech, li huwa mwieled il-Birgu u li llum għandu 86 sena, huwa residenti f’Ruma… Kompli aqra »

F’LAQGĦA MAL-PAPA, RABBI JĦARES LEJN SFORZ KONĠUNT BIEX IL-VALURI JIRRIFLETTU FL-EKONOMIJA

Pope with Rabbi Sacks

Ir-Rabbi ewlieni tar-Renju Unit, Sir Jonathan Sacks, qal li s-suq ħieles huwa l-mudell ekonomiku li jidher ferm fi qbil mat-tagħlim Bibbliku. Dan waqt li l-kriżi ekonomika dinjija turi li, mingħajr valuri morali, l-ekonomija tas-suq tista’ faċilment tfalli.  Waqt żjara fil-Vatikan biex jiltaqa’ u jitkellem mal-Papa dwar l-isforzi konġunti bil-għan li l-moralita terġa ssib postha fis-swieq, u anki biex seta’ jindirizza taħdita fl-Universita Gregorjana Pontifiċja… Kompli aqra »

L-2012 SENA TA’ SFIDI … JEW SENA TA’ POTENZJAL?

L-2012 issa tinsab magħna u magħha l-awguri għal sena ġdida mimlija risq u barka. Fl-istess ħin, ħarsa lejn il-previżjonijiet tal-osservaturi politiċi u ekonomiċi lejn is-sena l-ġdida huma aktarx ‘mudlama’ u mimlija tbassir ta’ sena diffiċli fejn il-kriżijiet tal-aħħar snin se jkomplu jiggravaw irwieħhom.

Hekk, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Fond Monetarju Internazzjonali, biex niċċitaw tnejn, qed ibassru tkabbir ekonomiku dinji kajman bl-ekonomiji żviluppati (aqra Ewropa, Amerika u Ġappun) b’riskju qawwi ta’ spirall ekonomiku negattiv frott il-problemi tad-dejn tal-gvernijiet, is-settur bankarju fraġli, id-domanda baxxa u l-paraliżi politika, hekk kif il-politiċi qed isibuha diffiċli jsibu s-soluzzjonijiet… Kompli aqra »

KARDINAL FIL-HONDURAS JGĦID LI L-BIDLA FIL-KLIMA HI KWISTJONI TA’ FIDI

Climate Change – A global issue

Il-Kardinal Oscar Rodriguez tal-Honduras qal li l-bidla fil-klima hi kwistjoni ta’ fidi għax titratta l-ħolqien t’Alla u l-faqar.

Il-Kardinal, President ta’ Caritas Internationalis, kien fl-Afrika t’Isfel għal Konferenza internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, organizzata mill-Ġnus Maqgħuda. Huwa ddiskuta l-kontenut tal-Konferenza u l-messaġġ li hu wassal meta rritorna lejn il-Vatikan u ltaqa’ mal-ġurnalisti.

Caritas Internationalis, konfederazzjoni ta’ 165 karita kattolika fuq livell nazzjonali, tipprovdi għajnuna t’emerġenza madwar id-dinja kollha… Kompli aqra »

‘AVVENTURA MA’ ĠESU’ – PROGRAMM ĠDID FUQ RADJU MARIJA

Avventura ma’ Ġesu’, programm ġdid għat-tfal fuq Radju Marija mtella’ mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal (frekwenza 102.3 għal  Malta u 107.8 għal Għawdex).

Elena, membru ta’ din il-Kummissjoni, ser tippreżenta dan il-programm kull nhar ta’ Ġimgha, fid-9 ta’ filgħodu.  Il-programm ser jixxandar għall-ewwel darba fit-tlettax ta’ Jannar.  Dan il-programm se jgħin biex insiru nafu iktar lil Ġesu’ mill-qrib, għaliex fih se jkun hemm l-opportunita’ li tiġi spjegata għat-tfal, il-Liturgija tal-Ħadd… Kompli aqra »

IL-KARDINAL JOHN P. FOLEY: ‘ISPIRAZZJONI GĦAL IKTAR UŻU TAL-MEDIA FIT-TIXRID TAL-VANĠELU’

Mourning of Cardinal John P.Foley

Il-Papa Benedittu XVI qal li jispera li l-għemil tal-Kardinal John P. Foley, li miet riċentament, ikun għal kulħadd ispirazzjoni sabiex il-messaġġ tal-Vanġelu jixtered permezz tal-mezzi tal-media. F’messaġġ mibgħut lill-Arċisqof Cħaput ta’ Philadelphia, Benedittu XVI esprima sogħba għat-telfa tal-Kardinal Foley u wassal ukoll il-kondoljanzi tiegħu.

Il-Kulleġġ tal-Kardinali issa jiġbor 192 membru, 109 minnhom taħt l-eta ta’ 80 sena u għalhekk eleġibbli jivvutaw fl-eventwalita ta’ konklavi… Kompli aqra »

€831,212 MIĠBURA FL-OPEN DAY ORGANIŻŻATA MINN RADJU RTK GĦAD-DAR TAL-PROVIDENZA

€831,212 inġabru waqt l-Open Day fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi organiżżata minn Radju RTK fl-Ewwel tas-Sena 2012 biex jinġabru fondi għad-Dar. Din kienet l-ogħla somma li qatt inġabret fil-ħmistax-il sena li RTK ilu jagħmel din l-Open Day, f’dawn l-aħħar snin permezz ta’ maratona televiżiva.  Minn filgħodu sa tard bil-lejl, minkejja x-xita li kultant niżalet bil-qliel, folol kbar ta’ Maltin xorta imlew it-tinda kbira mtella’ apposta fil-parkeġġ tad-Dar… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TA’ SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM, BIRKIRKARA

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Jannar

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan, Fr Josef Mifsud, dwar iż-żjara pastorali fil-parroċċa.

Is-Sibt, 7 ta’ Jannar

4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti tat-tfal fiċ-Ċentru Parrokkjali.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija, fiċ-Ċentru Parrokkjali.

6.30 p.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ man-nies.

It-Tnejn, 9 ta’ Jannar

5.30 p.m… Kompli aqra »

IL-PAPA JITLOB LILL-GĦALLIEMA SABIEX JIFHMU LILL-ISTUDENTI TAGĦHOM

World Day of Peace and Justice

Il-Papa Benedittu XVI qed jissottolinea l-importanza taż-żagħżagħ fix-xewqa ta’ ġustizzja u paċi, pero jgħid li biex wieħed jedukaw irid jistaqsihom il-mistoqsija “Min hu l-bniedem?” Il-Papa inkoraġixxa lil kull grad tal-edukaturi – mill-familji għall-politikanti, sal-professjonisti fil-kamp tal-media – sabiex jifhmu lill-individwi jew l-istudenti taħt ir-responsabbilta tagħhom. Huwa għamel dan l-appell fil-messaġġ tiegħu għall-Jum Dinji ddedikat lill-Ġustizzja u l-Paċi u mfakkar fl-1 ta’ Jannar… Kompli aqra »