Arkivji mensili: Jannar 2012

IL-KUMMISSJONI LITURĠIJA TLAQQA’ LID-DIRETTURI U L-MEMBRI TAL-KORIJIET

Nhar il-Ħamis 5 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni Liturġija Interdjoċesana laqqgħet lid-diretturi, lill-membri ta’ korijiet u dawk kollha impenjati fis-servizz tal-kant liturġiku għall-preżentazzjoni  uffiċjali tal-ewwel minn tliet kotba ta’ Salmi Responsorjali li jitkantaw fil-Ħdud ta’ matul is-sena. Din l-attività saret f’Casa De Piro, l-Imdina, u għaliha attenda l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u madwar 80 ruħ minn parroċċi u organizzazzjonijiet oħra fi ħdan il-Knisja… Kompli aqra »

LIVE-IN TAL-KAPPILLANI 2012

Mil-lum, it-Tlieta 10 ta’ Jannar 2012, il-kappillani tas-70 parroċċa f’Malta bdew Live-in ta’ tlett ijiem flimkien mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  Din is-sena, it-tema tal-Live-in hija ‘Id-Diaspora Maltija u r-rwol tal-Knisja li tindika t-triq’.

Il-kelma Diaspora ġejja mid-Diaspora tal-Lhud meta għaddew mill-esperjenza tal-Eżilju u tilfu l-art u dak kollu li kien jagħtihom identità bħala poplu t’Alla. Minn poplu magħqud b’kultura reliġjuża ċara u b’saħħitha, spiċċaw poplu mferrex u konfuż saħansitra fit-twemmin tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 10 ta’ Jannar

Mark 1,21-28

Daħlu Kafarnahum. Malajr, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu  s-setgħa, u mhux bħall-kittieba. Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jien naf min int: ‘Il-Qaddis ta’ Alla’.” Imma Ġesù kkmandah: “Iskot,” qallu,”u oħroġ minnu.” Mbagħad l-ispirtu ħażin lir-raġel beda jħabbtu ħafna, għajjat għajta kbira u ħareġ minnu… Kompli aqra »

Kalendarju tal-Attivitajiet minn KDŻ

Il-kalendarju t’attivitajiet ta’ KDŻ huwa mfassal biex jakkumpanja liż-żgħażagħ u l-komunitajiet tagħhom matul is-sena. Hekk kif bdejna sena ġdida, l-kalendarju issa jkopri x-xhur bejn Jannar u Ġunju. Joħroġ ċar li dan jagħti attenzjoni speċjali lil attivitajiet fomattivi u kollaborattivi.

L-ewwel fażi tal-kalendarju, li kienet bejn Ottubru u Diċembru 2011, ħejjiet it-triq għax-xhur li jmiss. Fost l-aktar avvenimenti li ġew milqugħa tajjeb hemm is-serje Between The Lines, li se titkompla matul ix-xhur li ġejjin… Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TAS-SIĠĠIEWI

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Joseph Grech bħala arċipriet tal-parroċċa tas-Siġġiewi.

Dun Joseph Grech twieled fil-Pieta’ fis-26 ta’ April 1970. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja tal-Mosta, il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara, u l-iskola Ġan Franġisk Abela, l-Imsida. Kompla l-istudji terzjarji tiegħu fil-Fakultà tal-Arti u fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

Dun Joseph ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju, 1997… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 9 ta’ Jannar

Mark 1, 21-28

Ġwanni  kien ixandar u jgħid: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidtkom bl-Ispirtu s-Santu.” U ġara li f’dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan.  … Kompli aqra »

F’JANNAR IL-PAPA JŻOMM FIT-TALB TIEGĦU LILL-VITTMI TAD-DIŻASTRI NATURALI

January Pope's prayer intentions

Il-Papa Benedittu XVI dax-xahar se jkun qed jitlob għall-vittmi tad-diżastri naturali. L-Appostolatura tat-talb tal-Papa ħabbret dan meta, bħal ma tagħmel kull xahar, ħabbret l-intenzjoni ġenerali u dik missjunarja tat-talb tal-Kap tal-Knisja Kattolika.

L-intenzjoni ġenerali għal Jannar 2012 hi “sabiex il-vittmi tad-diżastri naturali jirċievu l-komfort spiritwali u materjali li jeħtieġu sabiex jibnu ħajjithom mill-ġdid”.

L-intenzjoni missjunarja tal-Papa għal dax-xahar hi fukata fuq il-paċi, “sabiex id-dedikazzjoni tal-Insara għall-paċi tkun ta’ xiehda għall-Isem ta’ Kristu quddiem in-nies kollha ta’ rieda tajba”… Kompli aqra »

KJARIFIKA

L-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof jixtieq jiċċara rapporti li dehru f’sezzjonijiet tal-media lokali li qalu u taw x’jifhmu li l-qniepen tal-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaxlokk ndaqqu bħala parti minn attivita politika li kienet qed issir fl-istess raħal. Dan mhuwiex minnu. Filfatt, il-qniepen tal-knejjes kollha llum qed idoqqu mota fl-okkażjoni tal-festa tal-Epifanija. Kompli aqra »

9 – 15 ta’ Jannar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-qasam tal-MUSEUM tas-subien, Birkirkara bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa, fiċ-Ċentru Parrokkjali, Birkirkara.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’Live-In ta’ Aġġornament għall-Kappillani, s-Seminarju.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, s-Seminarju… Kompli aqra »