It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.15 p.m. L-Arċisqof jiġi ppreżentat bil-Kompendju tat-Tagħlim Soċjali tal-Knisja, miż Żgħażagħ Ħaddiema Nsara, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

It-Tlieta

L-Erbgħa

Il-Ħamis

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi l-inawgurazzjoni tal-Ktieb tas-Salmi Responsorjali mis-Segretarjat tal-Liturgija, Casa De Piro, Mdina.

Il-Ġimgħa

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan Dun Josef Mifsud, il-Kurja, dwar iż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.

3.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm ‘live’ fuq RTK.

6.00 p.m. L-Arċisqof jagħti bidu għall-Ħidma Pastorali ta’ Dun Norman Zammit bħala l-Kappillan ġdid tal-Imsida.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, il-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika ta’ Birkirkara bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja ta’ Birkirkara.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bħala ftuħ taż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.

Il-Ħadd

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fl-okkażjoni tal-Festa tal-Epifanija.

6.00 p.m. L-Arċisqof jattendi festin għas-saċerdoti fid-Dar tal-Kleru.

8.30 p.m. L-Arċisqof jattendi l-Kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida, fiċ-Ċentru tal-Meditteran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.