Arkivji mensili: Frar 2012

ĊELEBRAZZJONI GĦAL JUM IL-ĦAJJA

‘Żgħażagħ miftuħa għall-ħajja’ hi t-tema magħżula mill-Konferenza Episkopali Taljana għal Jum il-Ħajja 2012.

F’ċelebrazzjoni għal din l-okkażjoni li se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann għada l-Ħadd, 5 ta’ Frar, fil-11am Monsinjur Arċisqof Pawl Cremona se jqaddes Quddiesa Konċelebrata fejn se jsiru talb u offerti minn koppji li qed jistennew tarbija.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TA’ SAN ĠILJAN

L-Erbgħa, 1 ta’ Frar

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan, dwar iż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

Il-Ħadd, 5 ta’ Frar

6.30 p.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ man-nies.

It-Tnejn, 6 ta’  Frar

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija fis-Sala Papa Ġwanni Pawlu II… Kompli aqra »

IL-PAPA JĦEĠĠEĠ GĦALL-KONTEMPLAZZJONI TAT-TALB TAL-MULEJ ĠESU

Jesus praying

Eluf ta’ pellegrini, anki jekk il-kesħa u l-maltemp, inġabru għall-udjenza ġenerali tal-Papa fil-Vatikan. Dil-ġimgħa huwa ffoka fuq Ġesu fil-Ġetsemani u t-talb tiegħu fil-ġnien taż-Żebbuġ.

“Fil-katekeżi tagħna dwar it-talb nisrani, induru lejn  Ġesu fil-Ġetsemani, wara l-aħħar ikla mad-dixxipli tiegħu. Hekk kif il-Mulej jitħejja għall-passjoni, huwa jitlob waħdu, hu li hu l-iben etern f’għaqda sħiħa mal-Missier. Sadattant, xorta jkun jixtieq li jingħaqdu miegħu Pietru, Ġakbu u Ġwanni – fejn il-preżenza tagħhom hi stedina lil kull dixxiplu sabiex jersaq lejn Ġesu fil-mixja tiegħu lejn is-salib”… Kompli aqra »

IL-FESTA TAL-KANDLORA

Nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Frar 2012, l-Arċisqof  Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa flimkien mal-Kappillani u r-rappreżentanti lajċi tal-parroċċi fl-okkażjoni tal-festa tal-Kandlora, fil-Knisja Parrokkjali, Ta’ Xbiex.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »

DOKUMENT TA’ FEHMA DWAR IL-KURRIKULU NAZZJONALI

Since its inception, the Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) has always considered education as an important tool in achieving its vision, i.e. that Christians live in harmony with creation and each other according to God’s plan, thus discovering their role in creation and their responsibility towards it[1]. Consequently the KA has advocated and supported educational initiatives, at the formal, non-formal and informal levels, aimed at helping citizens of all ages become active participants in the building of a sustainable society… Kompli aqra »

MESSAĠĠ TAL-ARĊISQOF GĦALL-FESTA TAL-KONVERŻJONI TA’ S. PAWL

Katidral tal-Imdina

29 ta’ Jannar 2012

Ħuti,

Aħna ġejna hawnhekk illum f’dan il-katidral biex nagħtu ġieħ lil dan l-episodju tant importanti fil-ħajja ta’ S. Pawl imma wkoll tant importanti fil-ħajja tal-Knisja: l-konverżjoni ta’ Missierna S. Pawl fit-triq ta’ Damasku.

Aħna nafu, ħuti, li wara d-dnub tal-bniedem, ir-relazzjoni ta’ Alla mal-bniedem kellha tieħu aspetti differenti… Kompli aqra »

Protagonisti – L-Assemblea Nazzjonali tal-KDŻ

Iż-żgħażagħ iġeddu il-fidi tal-knisja. Il-kontribut uniku taż-żgħażagħ insara u l-modi kif dan jista’ jikber huma l-punti ċentrali tad-diskussjoni waqt ‘Protagonisti’ – l-Assemblea għall-mexxeja taż-żgħażagħ ta’ din is-sena. L-Assemblea hija avveniment annwali li jwassal il-vuċi taż-żgħażagħ billi jiffoka fuq is-sehem partikolari tagħhom fi ħdan il-knisja.

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. flimkien ma’ uffiċjali oħra tal-knisja se jattendu wkoll biex isegwu dak li għandhom x’jgħidu l-parteċipanti… Kompli aqra »

L-ISKEDA TAL-PAPA MINN FRAR S’APRIL 2012

Pope in Easter Vigil

Kienet ippubblikata l-iskeda taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li l-Papa se jkun qed jippresiedi bejn Frar u April li ġej.

Għada, festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej u Jum Dinji ddedikat lill-Ħajja Kkonsagrata, il-Papa se jiċċelebra l-Vespri mal-membri tal-Istituti tal-Ħajja Kkonsagrata u s-Soċjetajiet tal-Ħajja Appostolika. Is-Sibt 18 ta’ Frar filgħodu jsir il-Konċistorju Ordinarju Pubbliku għat-tkabbir tal-Kulleġġ tal-Kardinali, flimkien ma’ vot fuq għadd ta’ kawżi ta’ kanonizzazzjoni… Kompli aqra »