Arkivji mensili: Frar 2012

ADOZZJONI AKKOST TA’ KOLLOX?

L-adozzjoni f’dawn l-aħħar ġimgħat kienet f’nofs id-diskussjoni pubblika. Biex inkunu eżatt, irridu ngħidu, l-adozzjoni mill-Etjopja, jew aħjar minn dar tat-tfal immexxija mis-sorijiet Franġiskani Maltin. Ngħiduha b’wiċċna bil-quddiem, m’għandna xejn kontra li wieħed jiddiskuti. Altru. Kull diskussjoni fil-pajjiż tgħin biex ikunu ċċarati l-affarijiet, il-pubbliku jagħti l-fehma tiegħu u wieħed jittama, jintlaħaq kunsens dwar problemi u issues ta’ natura pubblika u nazzjonali.

Imma kull diskussjoni trid tkun ibbażata fuq il-fatti, mhux spekulazzjoni u preġudizzju… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 29 ta’ Frar

Luqa 11,29-32

Meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel. F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf ta’ l-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

Randan Online

‘2012Lent’, eżerċizzju ġdid għal dan ir-Randan, se jiġi mniedi llum, it-Tlieta 28 ta’ Frar, ġewwa r-Residenza tal-Ġiżwiti, fl-Università ta’ Malta, fis-7:30pm. Din l-inizzjattiva tintroduċi d-dimensjoni tal-meżżi soċjali virtwali għar-rifflessjoni personali tar-Randan.

Illum huwa rikonoxxut li l-internet b’mod ġenerali, u l-hekk imsejjħa meżżi soċjali bħal Facebook u Twitter b’mod partikolari, saru parti mill-esperjenza ta’ kuljum tal-maġġoranza tan-nies, speċjalment taż-żgħażagħ.

‘2012Lent’ toffri gwida ġdida li tintegra d-dinamika u l-impatt ta’ dawn il-meżżi soċjali fit-tfittxija spiritwali li tkun qiegħda ssir matul iż-żmien tar-Randan… Kompli aqra »

KUNSILL ĠDID TAL-KAPPILLANI

Il-Kulleġġ tal-Kappillani tal-Knisja f’ Malta għadu kemm ħatar Kunsill ġdid għas-snin 2012 – 2013.  Il-Kunsill tal-Kappillani huwa ffurmat minn seba’ membri tal-Kulleġġ tal-Kappillani li hu magħmul mis-70 kappillan tal-parroċċi f’Malta. Il-Kunsill hu ffurmat hekk:

President: Dun Gordon Refalo, Kappillan tas-Swatar

Viċi-President: Dun Bastjan Caruana, Kappillan ta’ Ħaż-Żabbar

Segretarju tal-Kulleġġ: Dun Mario Said, Kappillan ta’ Ħal Għaxaq

Segretarju tal-Kunsill: Patri Alex Scerri O.Carm, Kappillan ta’ Santa Venera

Teżorier: Dun Noel Vassallo, Kappillan ta’ Ħ’Attard

Membri:  Dun Albert Buhagiar, Arċipriet tal-Mosta

Patri Renald Lofreda O.Carm, Kappillan tal-Fgura… Kompli aqra »

IL-PAPA JINKORAĠIXXI LIX-XJENTISTI QUDDIEM L-ISFIDA TAL-INFERTILITA

Infertility

Fil-Vatikan il-Papa Benedittu Sittax iddiskuta t-tema tal-infertilita flimkien ma’ grupp ta’ mitejn xjentist u membri mill-Akkademja Pontifika Favur il-Ħajja li ltaqgħu għat-18-il Assemblea Ġenerali tagħhom.

Il-Papa qal li s-suġġett ta’ l-infertilita joffri opportunita sabiex ikun hemm djalogu bejn il-qasam etiku u r-riċerka biomedika. Il-Papa faħħar ir-riċerka f’dak li huwa djanjosi u terapija għall-infertilita, u stqarr li l-għaqda bejn raġel u mara f’komunita ta’ mħabba hija l-unika post denju għall-ħolqien ta’ ħajja ġdida.  … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 28 ta’ Frar

Mattew, 6,7-15

Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. Mela itolbu hekk: ‘Missierna, li inti  fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum. Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina… Kompli aqra »

BENJAMIN TONNA LECTURE 2012

On Tuesday 28th February, 2012, the Institute for Research on the Signs of the Times (DISCERN) is organizing the Benjamin Tonna Lecture 2012 on ‘Medical Miracles: Faith, Fact or Fiction’. The guest speaker will be Professor David I. Mostofsky, Professor of Psychology at Boston University. This event will be held at the Phoenicia Hotel, Floriana, at 7:00 p.m. Kompli aqra »