Arkivji mensili: Marzu 2012

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAT-TFAL U L-KATEKISTI TA’ TAL-IBRAĠ

Nhar it-Tnejn 5 ta’ Marzu 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  iltaqa’ mat-tfal li jattendu l-Katekiżmu fiċ-Ċentru tal-Katekeżi, fil-Knisja ta’ Tal-Ibraġ bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-katekisti tat-tfal fiċ-Ċentru Parrokkjali.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’ Tal-Ibraġ.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-ĦTIEĠA TAS-SILENZJU FIR-RELAZZJONI MA’ ALLA

The importance of silence in our relationship with God

Fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, il-Papa Benedittu XVI, dil-ġimgħa kkonkluda s-serje ta’ katekeżi dwar it-talb ta’ Ġesu. L-iktar punt li l-Papa saħaq dwaru kien l-importanza tas-silenzju fir-relazzjoni ma’ Alla.

“Fil-ħajja u fit-talb ta’ Ġesu, speċjalment fl-esperjenza tas-salib, naraw kontinwament l-użu tal-kelma u tas-silenzju. Is-silenzju ta’ Ġesu fuq is-salib hu l-aħħar kelma lill-Missier, l-iprem talba… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 7 ta’ Marzu

Mattew 20, 17-28

Huwa u tiela’ lejn Ġerusalemm, fit-triq Ġesù sejjaħ lit-Tnax weħidhom madwaru u qalilhom: “Araw, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba; dawn jaqtgħuhielu għall-mewt, jerħuh f’idejn il-pagani biex jiddieħku bih, u jagħtuh is-swat u jsallbuh; u fit-tielet jum iqum.” Mbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa… Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI L-FIDI HI D-DAWL F’TARF IL-MINA TAL-PROBLEMI TAL-ĦAJJA

Pope during lenten talks

Il-Papa Benedittu XVI qal li meta l-ħajja tkun tixbaħ mina mdallma u siekta, il-fidi tkun dik li tagħti d-dawl nisrani, dik li tqanqal il-mużika. Fi tmiem il-ġimgħa ta’ eżerċizzi spiritwali fil-Vatikan, immexxija mill-Kardinal tal-Kongo Laurent Monsegwo Pasinya ta’ Kinshasa, il-Papa qal li laqtitu l-esperjenza li rrakkonta l-Kardinal dwar ħabib tiegħu li ntilef minn sensieh u daħal f’koma u bħal daħal f’mina mdallma, biex imbagħad f’tarfha ra xaqq dawl u sema’ mużika ħlejja… Kompli aqra »

KONKLUZZJONIJIET TAL-KONFERENZA ‘BIŻŻEJJED GĦAL KULĦADD’

Sa mit-twaqqif tagħha, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent dejjem emmnet li l-Knisja ma tistax  tgħix f’iżolament mir-realtajiet tal-ħajja, imma trid tidħol fl-istorja tal-bniedem b’mod l-aktar sħiħ u attiv. Għalhekk fil-ħidma tagħha, il-Kummissjoni dejjem stinkat sabiex toħloq opportunitajiet li jwasslu lis-soċjetà Maltija ħalli tirrifletti fuq l-istil ta’ ħajja li tgħix u l-għażliet li tagħmel. Aktar minn hekk, il-Kummissjoni taħdem ukoll sabiex toffri riflessjoni Evanġelika dwar il-ġrajjiet li nkunu qed nesperjenzaw u b’hekk tgħin fit-tfassil ta’ etika ambjentali… Kompli aqra »

JUM IL-LAJĊI

Is-Segretarjat għal-Lajċi qed jorganizza konferenza fl-okkażjoni ta’ Jum il-Lajċi, nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu, 2012. It-tema għal dan is-sena hi ‘Il-Lajkat Nisrani u l-Appostolat tal-Lajċi: Teżori u Ġarar tal-Fuħħar’. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jipparteċipa u jagħmel diskors f’għeluq il-konferenza li se ssir fis-Sala Marija Tereża Spinelli, Triq Bigella, Birkirkara (fuq wara tal-iskola Santa Monika). Il-konferenza tibda fis-6.30 p.m. b’diskors mill-Pro-Vigarju Ġenerali, Mons. Anton Gouder… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 6 ta’ Marzu

Mattew 23, 1-12

Mbagħad Ġesù kellem lin-nies u lid- dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u   Fariżej. Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »

IS-SITTIN SENA ANNIVERSARJU TAL-ORDINAZZJONI SAĊERDOTALI TAL-ARĊISQOF ĠUŻEPPI MERCIECA

Fl-okkażjoni tas-Sittin Anniversarju tal-Ordinazzjoni Saċerdotali ta’ Mons. Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, il-Kapitlu Metropolitan qed jorganizza Quddiesa Konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr, li se ssir nhar il-Ħamis, 8 ta’ Marzu 2012, fil-Katidral tal-Imdina, fis-6.00pm.

Mons. Mercieca ġie ordnat saċerdot minn Mons. Isqof Ġużeppi Pace fit-8 ta’ Marzu 1952, f’Għawdex.

Mons. Mercieca twieled Victoria, Għawdex, fil-11 ta’ Novembru 1928.  … Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’TAL-IBRAĠ

Nhar il-Ħadd 4 ta’ Marzu 2012, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Tal-Ibraġ fil-ftuħ taż-żjara pastorali tiegħu fil-parroċċa.

AGĦFAS HAWN għal aktar informazzjoni dwar iż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-parroċċa tiegħek.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »