Arkivji mensili: Marzu 2012

FESTI PUBBLIĊI HUMA JIEM TA’ MISTRIEĦ U ĊELEBRAZZJONI

Il-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol, f’laqgħa li kellha, wriet id-dispjaċir tagħha għad-deċiżjoni li ttieħdet dan l-aħħar, li stabbilimenti kummerċjali ngħataw permess li jiftħu f’festi pubbliċi li jaħbtu l-Ħadd. Il-Kummissjoni dejjem sostniet li l-Ħadd huwa Jum il-Mulej, Jum ta’ mistrieħ, Jum tal-familja u Jum soċjali. Għal ħafna ħaddiema, dawn il-festi pubbliċi se jsiru ġranet ta’ xogħol li jkun ifisser anqas mistrieħ u ħin għalihom.

Il-Kummissjoni taf li s-soċjetà Maltija qegħda tinbidel, imma l-valuri, il-kultura, id-drawwiet u t-twemmin tagħna l-Maltin għandna ngħozzuhom u mhux nbiegħuhom… Kompli aqra »

PELLEGRINAĠĠ FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TAD-DULURI

Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Marzu, 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa pellegrinaġġ fil-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-festa tad-Duluri.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

MALTA TIMXI WARA MARIJA FID-DULUR TAGĦHA

Il-poplu Malti lbieraħ ħa sehem f’għadd ta’ purċissjonijiet jew pellegrinaġġi li kienu organizzati mid-diversi parroċċi madwar Malta u Għawdex biex ingħaqad ma’ Marija fid-Dulur tagħha, f’din il-‘festa’ tradizzjonali magħrufa aħjar bħala ‘l-festa tad-Duluri’. Kienu eluf il-Maltin, kbar u żgħar, li ħarġu jimxu wara l-istatwa tal-Madonna mnikkta taħt is-salib ta’ binha Ġesù.

Kif inhi tradizzjoni, l-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona OP, mexxa l-purċissjoni li ħarġet mill-knisja ta’ Ġieżu, fil-Belt, waħda mill-eqdem purċissjonijiet tad-Duluri f’dawn il-gżejjer… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 31 ta’ Marzu

Ġwanni 11,45-56

Ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali. Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd jemmen fih, u jiġu r-Rumani, u jeqirdulna kemm it-tempju u kemm il-ġens tagħna.” Imma wieħed minnhom, Kajfa, li kien il-qassis il-kbir dik is-sena, qalilhom: “Intom ma tafu xejn… Kompli aqra »

MALTA F’LAQGĦA NTERNAZZJONALI GĦALL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Żewġ żgħażagħ, membri tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ), qed jirrapreżentaw lil Malta f’laqgħa internazzjonali ġewwa Ruma, bi preparazzjoni għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2013. Il-laqgħa tiġi fi tmiema nhar il-Ħadd, l-1 ta’ April.

Anthony Mifsud, President tal-istess Kummissjoni, flimkien ma’ Stefan Busuttil, Project Co-ordinator, qed jieħdu sehem f’dawn l-ewwel tħejjijiet organiżżattivi bil-għan li jsaħħu     l-kollaborazzjoni internazzjonali għal dan l-avveniment.

Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ se jsir f’Lulju tas-sena d-dieħla ġewwa Rio de Janeiro, fil-Brażil… Kompli aqra »

KUNGRESS DWAR L-UŻU ETIKU TA’ ĊELLOLI STEMINALI FIR-RIĊERKA XJENTIFIKA KANĊELLAT MINĦABBA NUQQAS TA’ FONDI

Stem cell research

Kungress sponsorjat mill-Vatikan dwar l-użu etiku taċ-ċelloli steminali fir-riċerka xjentifika tħassar minħabba nuqqas ta’ fondi. Dan ikkonfermawh l-organizzaturi. It-tielet Kungress Internazzjonali dwar riċerka responsabbli ta’ ċelloli steminali, kien se jsir bejn il-25 u t-28 t’April fil-Vatikan mill-Akkademja Pontifiċja għall-ħajja, b’kollaborazzjoni mal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet Mediċi Kattoliċi, ibbażata fil-Vatikan, kif ukoll flimkien mal-Fondazzjoni Jerome Lejeune u l-Kumitat Konsultattiv tal-Bioetika ta’ Monaco.

Fr Scott Borgman, uffiċjal tal-Akkademja Pontifiċja għall-ħajja, qal lil CNS li ma kienx hemm biżżejjed sponsors u reġistrazzjonijiet għall-Kungress biex ikunu koperti l-ispejjeż… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 30 ta’ Marzu

Gwann 10,31-42

Il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġruh. Imma Ġesù qalilhom: “Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?” Weġbuh il-Lhud: “Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m’intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla.” Qalilhom Ġesù: “Fil-Liġi tagħkom ma hemmx miktub, ‘Jiena għedt: Intom allat’? … Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-KUMMISSJONI AMBJENT LILL-PARROĊĊI

Resqin lejn l-attivitajiet u ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa u kif għamlet fil-passat il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent tixtieq tappella lil dawk il-knejjes u parroċċi kollha li jorganizzaw dawn l-attivitajiet sabiex waqt li jagħmlu dan, jagħtu xhieda ta’ kif in-Nisrani jħares lejn il-Ħolqien b’rispett lejn il-Ħallieq.

F’Ħadd il-Palm, l-użanza tant għażiża tat-tqassim tal-palm jew weraq taż-żebbuġ  lill-fidili għandha tkun okkażjoni fejn niftakru fid-daħla trijonfali tal-Imgħallem f’Ġerusalemm. M’hemmx għalfejn nużaw ammonti esaġerati minn dawn il-pjanti… Kompli aqra »

VOTANTI SLOVENI JIVVUTAW KONTRA LIĠI LI TIPPERMETTI KOPPJI TAL-ISTESS SESS JADDOTTAW

Gay Couples and child adoption

Liġi ġdida tal-familja fis-Slovenja li kellha l-ħsieb li tippermetti koppji tal-istess sess jaddottaw tfal f’ċirkostanzi partikolari, kienet irrifjutata permezz ta’ vot b’saħħtu f’referendum li sar fil-pajjiż.

Il-ġimgħa li għaddiet, l-Isqfijiet Kattoliċi tas-Slovenja, ingħaqdu mal-mexxejja Ortodossi u Musulmani f’appell liċ-ċittadini Sloveni imsejħa biex jivvutaw fir-referendum nazzjonali, sabiex jivvutaw kontra l-liġi.

Ir-riżultat tar-referendum ,fejn il-maġġoranza assoluta vvutat kontra l-liġi, jorbot u jżomm milli l-liġi proposta tkun infurzata… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 29 ta’ Marzu

Ġwanni 8,51-59

Tassew tassew ngħidilkom li min iħares  il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt.” Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid li ‘Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt.’ Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? U l-profeti wkoll mietu. Inti x’taħseb li int?” Wieġeb Ġesù: “Li kieku kelli nagħti glorja lili nnifsi, il-glorja tiegħi ma kienet tkun tiswa xejn… Kompli aqra »