Arkivji mensili: April 2012

L-INTIMITA SESSWALI

A project entitled Żwieġ B’Saħħtu was launched by Cana Movement in October 2008, the aim of which is to create greater awareness among the general public on the necessity for strengthening marriage and the family, through the presentation of different topics and aspects of family life.

The third talk in the fourth cycle of seminars will be delivered on 25th April 2012 by Dr Anna Maria Vella, President of the Cana Movement… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 20 ta’ April

Ġwanni 6,1-15

Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid, il-festa tal-Lhud. Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu: “Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?” Dan qalulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x’sejjer jagħmel… Kompli aqra »

KARDINAL TALJAN JGĦID LI D-DIBATTITU DWAR IL-LIBERTA RELIĠJUŻA HU TWISSIJA GĦALL-EWROPA

Il-Kardinal irtirat Giovanni Lajolo qal li d-dibattitu attwali fl-Istati Uniti tal-Amerka dwar il-liberta reliġjuża għandu jispira lill-Kattoliċi fl-Ewropa sabiex jirsistu għal protezzjoni legali ikbar f’dak li jirrigwarda d-drittijiet tagħhom li joġġezzjonaw quddiem “normi leġislattivi li minħabba l-implikazzjonijiet morali tagħhom, huma f’kunflitt man-normi morali affermati uffiċjalment mill-awtoritajiet reliġjużi tal-individwu”.

Dak li kien President tal-Kummissjoni li tmexxi l-iStat tal-Vatikan, għamel ir-rimarki tiegħu f’taħdita fl-iskola tal-liġi fi ħdan l-Universita Kattolika tal-Qalb Imqaddsa f’Milan… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 19 ta’ April

Ġwann 3,31-36

“Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu ta’ l-art u jgħid ħwejjeġ ta’ l-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħadd u jixhed dak li ra u sama’; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha Min ikun laqa’ x-xhieda tiegħu jkun wettaq li Alla hu l-verità… Kompli aqra »

KATTOLIĊI JITOLBU L-MEXXEJJA TAD-DINJA JIDDETERMINAW IL-FRUNTIERA BEJN IS-SUDAN U SOUTH SUDAN

Sudan and South Sudan border

Il-mexxejja kattoliċi qed jappellaw lill-komunita internazzjonali sabiex iżżid l-isforzi tagħha biex tilqa’ milli tfaqqa’ gwerra ħarxa minħabba t-territorju li fuqu hemm nuqqas ta’ qbil fuq il-fruntiera tas-Sudan man-nofsinhar tal-pajjiż.

L-Isqof Awżiljarju ta’ Khartoum, Daniel Adwok Kur, qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet Catholic News Service, CNS, li t-tensjoni bejn is-Sudan u s-South Sudan, li hu l-aħħar pajjiż uffiċjalment rikonoxxut bħala Stat, jistgħu jittaffew jekk il-Ġnus Maqgħuda u l-Unjoni Afrikana jidħlu medjaturi u jittentaw jiddeterminaw il-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 18 ta’ April

Ġwann 3,16-21

Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem ta’ l-Iben il-waħdieni ta’ Alla… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TA’ SAN LAWRENZ, IL-BIRGU

Il-Ġimgħa, 20 ta’ April

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Arċipriet, dwar iż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

Is-Sibt, 21 ta’ April

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija fis-Sala Dun Pawl Camilleri.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja parrokkjali fil-ftuħ taż-żjara Pastorali fil-parroċċa u wara jiltaqa’ man-nies.

It-Tnejn, 23 ta’ April

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bniet li jattendu l-katekiżmu fil-Museum tal-Bniet… Kompli aqra »