Arkivji mensili: April 2012

IR-RAGĦAJ IT-TAJJEB JAGĦTI ĦAJTU GĦAN-NAGĦAĠ TIEGĦU

The Good Spheperd

l-Jum tal-Ħadd kien jum speċjali għal disa’ djakni li kienu ordnati saċerdoti mill-Papa Benedittu XVI proprju fil-Jum Dinji ta’ talb għall-vokazzjonijiet reliġjużi. Tmienja minn dawn id-djakni kienu mid-djoċesi ta’ Ruma u d-disa’ wieħed mill-Vjetnamm. Interessanti li dan tal-aħħar kien avukat, u tnejn mill-bqija kienu pilota u gradwat fil-kemistrija, rispettivament.

Meta indirizza lill-kongregazzjoni miġbura quddiemu, li kienet naturalment tinkludi l-familji u l-ħbieb ta’ dawn id-disgħa saċerdoti ġodda, il-Papa qal li s-saċerdot, bħar-ragħaj, hu msejjaħ imexxi l-fidili afdati f’idejh lejn il-ħajja vera, “il-ħajja fil-milja tagħha”… Kompli aqra »

ARĊISQOF JGĦID LI ‘PACEM IN TERRIS’ HI MUDELL GĦALL-PREDIKAZZJONI

Pope John XXIII

“Hekk kif il-Knisja Kattolika qed iżżid l-isforzi tagħha fl-evanġelizzazzjoni l-ġdida, kif ukoll il-ħidma fil-qasam tal-ġustizzja u l-paċi fid-dinja, ikun għaqli li wieħed jimita l-approċ pożittiv u profetiku li ħa Beatu Ġwanni XXIII fl-enċiklika tiegħu ‘Pacem in Terris’ jew ‘Paċi fl-Art’.”

Din l-istqarrija għamilha l-Arċisqof Franċiż Roland Minnerath ta’ Dijon fi ftuħ il-laqgħa tal-Akkademja Pontifiċja tax-Xjenzi Soċjali, li fl-aħħar jiem żammet it-tieni minn tliet laqgħat bi tħejjija għall-50 anniversarju tal-enċiklika ‘Pacem in Terris’, li se jsir is-sena d-dieħla, enċiklika li tħares mill-qrib lejn it-kisba tal-paċi, il-ġustizzja, l-imħabba u l-liberta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 30 ta’ April

John 10, 1-10

Gwann 10,1-10

“Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj  tan-nagħaġ. Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF FL-GĦOTJA TAL-MINISTERU TAL-LETTORAT LIL ŻEWĠ SEMINARISTI

Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija

28 ta’ April 2012

Ħuti,

Kif għidna fil-bidu, dawn iż-żewġ seminaristi qegħdin issa qrib it-triq li, bl-għajnuna ta’ Alla l-Imbierek, twassalhom għas-saċerdozju ministerjali, jew kif sirna ngħidulu wkoll, għall-Presbiterat. Illum huma se jiġu istitwiti fil-ministeru tal-Lettorat jiġifieri s-servizz tal-kelma, imbagħad jiġu istitwiti fil-ministeru tal-akkolitat jiġifieri s-serviżż tal-altar, u wara jidħlu f’dak li hu s-sagrament shih ta’ min ikun se jiġi ordnat presbiteru, billi jircievu d-djakonat, imbagħad jiġu ordnati presbiteri fil-Knisja… Kompli aqra »

30 ta’ April – 6 ta’ Mejju

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekiżmu fiċ-ċentru tal-katekeżi tal-parroċċa tal-Birgu, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu fil-parroċċa.

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-assemblea parrokkjali tal-istess parroċċa.

8.30 p.m. L-Arċisqof jattendi festin fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa, il-Barrakka ta’ Fuq, il-Belt Valletta.

It-Tlieta

3.30 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 29 ta’ April

Ir-Raba’ Hadd ta’ Wara l-Għid

Jum il-Vokazzjonijiet

Gwann 10,11-18

Jiena r-ragħaj  it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. Il-mikri, li m’huwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ m’humiex tiegħu, jara  l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom. Mikri hu, u ma jħabbilx rasu min-nagħaġ. Jiena r-ragħaj it-tajjeb; jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili, bħalma l-Missier jagħraf lili u jiena nagħraf lill-Missier; u għan-nagħaġ tiegħi nagħti ħajti… Kompli aqra »

JUM DINJI TA’ TALB GĦALL-VOKAZZJONIJIET

Il-Ħadd 29 ta’ April, il-Knisja tiċċelebra Jum il-Vokazzjonijiet. Fil-messaġġ tiegħu fl-okkażjoni tad-49 Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet, il-Papa Benedittu XVI ħeġġeġ mill-qalb lil dawk kollha responsabbli fil-Knisja u fil‑qasam tal‑edukazzjoni taż‑żgħażagħ sabiex jagħtu attenzjoni speċjali lil dawk il‑membri tal‑komunitajiet parrokkjali, assoċjazzjonijiet u movimenti ekkleżjali li jħossu fihom sejħa għas‑saċerdozju jew għal konsagrazzjoni speċjali. Il-Papa qal li “huwa importanti għall‑Knisja li toħloq dawk il‑kundizzjonijiet li jippermettu liż‑żgħażagħ jgħidu ‘iva’ bi tweġiba ġeneruża għas‑sejħa t’Alla kollha mħabba”… Kompli aqra »

436 APPLIKAZZJONI GĦAD-DIVORZJU FL-EWWEL SITT XHUR

Minn mindu daħlet fis-seħħ il-liġi tad-divorzju f’pajjiżna fl-1 ta’ Ottubru li għadda sa l-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, jiġifieri f’perjodu ta’ sitt xhur, quddiem il-Qrati ta’ Malta u Għawdex saru b’kollox 436 applikazzjoni għad-divorzju. Dan skont tagħrif mogħti mill-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja lil IL-ĠENSillum online.

Fl-ewwel tlett xhur li l-liġi kienet fis-seħħ, jiġifieri bejn l-1 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Diċembru 2011, quddiem il-Qrati ta’ Malta kienu daħlu b’kollox 242 applikazzjoni għad-divorzju, waqt li ġimgħa wara daħlet il-liġi, kienu diġà daħlu 20 applikazzjoni għad-divorzju… Kompli aqra »