Arkivji mensili: April 2012

Il-Vanġelu tal-Jum 7 ta’ April

Sibt il-Ghid

Mark 16, 1-7

Meta għadda s-Sibt, Marija ta’ Magdala, Marija omm Ġakbu, u Salomi xtraw xi fwejjaħ biex imorru jidilkuh bihom. U kmieni ħafna fl-ewwel jum tal-ġimgħa, kif telgħet ix-xemx marru ħdejn  il-qabar. U bdew jgħidu lil xulxin: “Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?” Iżda meta ħarsu, raw li l-ġebla kienet imressqa fil-ġenb; kienet ġebla kbira ħafna… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIPPRESIEDI L-FUNZJONI TA’ ĦAMIS IX-XIRKA

Il-Ħamis 5 ta’ April 2012, l-Arċisqof ippresieda ċ-ċelebrazzjoni tat-twaqqif tal-Ewkaristija fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Ħamis ix-Xirka.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR L-UBBIDJENZA U L-ĦELSIEN FUQ L-GĦOLJA TAŻ-ŻEBBUĠ

Pope on Maundy Thursday

Il-Papa Benedittu XVI qal li fil-lejl imdallam tal-Għolja taż-Żebbuġ, “Ġesu rrisolva l-oppożizzjoni falza bejn l-ubbidjenza u l-liberta u fetaħ it-triq għall-ħelsien”. Matul il-funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka, fit-tifkira tal-Aħħar Ikla li Ġesu għamel mad-dixxipli tiegħu, il-Papa qal li “naħsbu li aħna ħielsa u tassew aħna jekk insegwu r-rieda tagħna. Alla jkun jidher li hu  kontra din ir-rieda tagħna – gidba fundamentali”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 6 ta’ April

Il-Ġimgħa l-Kbira

Ġwanni 18:1-19:42

Kif qal dan, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu. Ġuda, dak li ttradih, kien jafu l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu. Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand  il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi… Kompli aqra »

FTEHIM DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI TA’ KRISTU RXOXT FIL-BELT VALLETTA

Is-Soċjetá Filarmonika Nazzjonali La Valette u s-Soċjetá Filarmonika King’s Own, waslu għal dan il-Ftehim li għandu l-approvazzjoni tal-Awtoritajiet tal-Knisja f’Malta dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fil-purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt li toħroġ mill-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta.

  1. Ikun hemm alternanza għall-baned fis-sens li minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti fl-2012 iddoqq is-Soċjetá La Valette u fl-2013 u 2014 iddoqq is-Soċjeta’ King’s Own. Imbagħad fis-snin ta’ wara l-alternanza tkun kull sena, jekk jiġġedded il-Ftehim…
  2. Kompli aqra »

VIA CRUCIS NAZZJONALI FIL-MARSA

On Wednesday 4th April 2012, Archbishop Paul Cremona O.P. led the national Via Crucis which started at the Marsa Open Centre and continued in Marsa parish church (Holy Trinity) due to unexpected downpours. Hundreds of people, including immigrants, participated. The theme selected for this year was ‘Jesus and the Refugee on the Way of the Cross’.

The Marsa Open Centre was chosen to remind the faithful about the suffering which many immigrants go through when leaving their countries and their families behind, for a better life… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 5 ta’ April

Il-Ħamis ix-Xirka

Ġwanni 13,1-15

Qabel il-festa ta’ l-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar. Kienu qegħdin għall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota u daħħallu f’rasu li jittradih. Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f’idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla… Kompli aqra »

PELLEGRINAĠĠ TAR-REDENTUR FI BLATA L-BAJDA

Nhar it-Tlieta 3 ta’ April 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa l-pellegrinaġġ tar-Redentur li bdiet mill-kappella tal-M.U.S.E.U.M. fi Blata l-Bajda, sal-Knisja ta’ San Gejtanu, l-Ħamrun, fejn l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 4 ta’ April

l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa

Matthew 26,14-25

Mbagħad wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?” U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f’idejhom… Kompli aqra »

F’APRIL, IL-PAPA JITLOB GĦALL-VOKAZZJONIJIET

Praying Pope

Il-Papa Benedittu XVI, matul dan ix-xahar t’April, qiegħed jitlob għal żjieda fil-vokazzjonijiet saċerdotali u għall-ħajja reliġjuża.

L-Appostolatura ta’ talb, bħal kull xahar, ħabbret l-intenzjoni ġenerali u dik missjunarja tat-talb tal-Papa għal April.

L-intenzjoni ġenerali tiegħu dax-xahar hi sabiex “iż-żgħażagħ jisimgħu s-sejħa ta’ Kristu u jimxu warajh fil-ħajja saċerdotali u reliġjuża”.

L-intenzjoni missjunarja tal-Papa dax-xahar hija “sabiex Kristu rebbieħ fuq il-mewt ikun sinjal ta’ tama għall-poplu tal-kontinent Afrikan”… Kompli aqra »