Arkivji mensili: Mejju 2012

Il-Vanġelu tal-Jum 11ta’ Mejju

Gwann 15,12-17

Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. Ma nsejjħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kull ma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom… Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI JĦOSSU SOSTNUT BIT-TALB TAL-KATTOLIĊI

Praying

Il-Papa Benedittu XVI qal li t-talb li jitolbu għalih il-kattoliċi madwar id-dinja kollha tah il-qawwa u l-kuraġġ mill-bidunett, minn meta nħatar Papa seba’ snin ilu. “Mill-ewwel mumenti tal-ħatra tiegħi bħala suċċessur ta’ Pietru, dejjem ħassejtni sostnut bit-talb tagħkom, bit-talb tal-Knisja, speċjalment fil-mumenti l-iktar diffiċli”. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Papa fl-udjenza ġenerali ta’ din il-ġimgħa.

Il-Papa, fost ċapċip mill-eluf preżenti fi Pjazza San Pietru, radd ħajr minn qalbu għat-talb u ssokta bis-serje ta’ taħditiet dwar l-eżempji ta’ talb misjuba fl-Atti tal-Appostli… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 10 ta’ Mejju

Ġwann 15, 9-11

Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu f’imħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. “Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.

Il-Qaddis tal-jum: San Antoninu, Isqof Kompli aqra »

‘IT-TRAFFIKAR UMAN U L-ISKJAVITU` GĦADU MAGĦNA’

Human Trafficking

Il-Kardinal Peter Kodwo Appiah Turkson, President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi qal li “irġiel, nisa u tfal qed jgħixu ta’ kuljum f’kundizzjonijiet li jammontaw għal skjavitu, meta jinbigħu u jinxtraw daqslikieku kienu prodotti, bid-dinjita umana tagħhom tispiċċa degradata fl-agħar livelli minn kriminali bla skrupli, li jimlew bwiethom mit-traffikar u l-isfruttar tal-persuni”. Dan id-diskors qalu waqt konferenza internazzjonali dwar it-traffikar tal-persuni, liema konferenza fil-Vatikan iffukat fuq ir-rwol tal-Knisja fil-prevenzjoni minn din il-problema, kif ukoll fil-kura pastorali tal-vittmi u r-ri-integrazzjoni tagħhom fis-soċjeta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Mejju

John 15, 1-8

“Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba  l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija… Kompli aqra »

SIEGĦA TA’ RIFLESSJONI U TALB MINN DRACHMA

On Thursday 17th May 2012, the Drachma Group and the Drachma Parents Group are organising one hour of prayer and reflection on the occasion of the International Day Against Homophobia and Transphobia, at the University Chapel at 7.00 p.m.

Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-EMIGRANTI MALTIN F’SAN FRANCISCO

Fl-ewwel ġranet taż-żjara pastorali f’San Francisco, l-Istati Uniti, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ltaqa’ mal-emigranti Maltin fiċ-Ċentru ‘Maltese American Social Club’, u fir-residenza tal-Konslu Generali Malti, is-Sur Louis Vella. Matul dawn il-laqgħat l-Arċisqof kellu l-opportunità jiltaqa’ personalment mal-Maltin.

F’dawn il-laqgħat, l-Arċisqof tkellem fuq il-missjoni li kull wieħed għandu fil-ħajja u fakkar partikolarment fil-missjoni li ġejja mill-magħmudija li ssejjaħ lin-Nisrani jgħix u jkun ta’ xhieda għall-fidi tiegħu kull fejn ikun… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Mejju

Ġwann 14, 27-31

Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom. Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni. U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu. M’iniex se nkellimkom iżjed fit-tul, għax il-Prinċep tad-dinja ġej… Kompli aqra »

ATTIVITA LEJN ĠENERAZZJONI ĠDIDA TA’ MARTRI

Night of Witness flyer

Isqfijiet minn pajjiżi fejn Insara huma partikolarment persegwitati qed jingħaqdu ma’ Isqfijiet oħra fir-Renju Unit għal attivita fil-Katidral ta’ Westminister sabiex jagħmlu sejħa internazzjonali għal-liberta reliġjuża.

‘The Night of Witness’ fil-Katidral ta’ Westminister qed tkun organizzata minn Aid to the Church in Need, fost biżat li l-persekuzzjoni qed tkun ta’ theddida għall-eżiztenza tal-Kristjaneżmu f’għadd ta’ pajjiżi, partikolarment fi Lvant Nofsani… Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI L-GĦARFIEN T’ALLA JGĦIN FIL-FORMAZZJONI TAL-PERSONALITA`

Pope meeting five new ambassadors

Diversi temi li jvarjaw mill-faqar sal-iżvilupp uman u l-liberta reliġjuża kkaratterizzaw laqgħat li l-Papa Benedittu XVI kellu ma’ ħames ambaxxaturi non-residenti għas-Santa Sede, inkluż l-ewwel ambaxxatur tal-Malasja. L-ambaxxaturi fil-fatt kienu tal-Etjopja, tal-Irlanda, ta’ Fiji, tal-Armenja u tal-Malasja.

Fost il-punti li għamel, il-Kap tal-Knisja Kattolika nnota li “l-kriżi ekonomika globali kkaġunat numru jiżdied ta’ familji li jgħixu f’kundizzjonijiet prekarji… Kompli aqra »