Arkivji mensili: Mejju 2012

MILAN TISTENNA L-PAPA FIL-LAQGĦA TAL-FAMILJI

World Meeting of Families logo

Familji minn ħames kontinenti qed jiltaqgħu f’Milan għas-7 Laqgħa Dinjija tal-Familja. Ikunu l-istess familji li l-Ġimgħa wara nofsinhar jilqgħu lill-Papa Benedittu XVI mal-wasla tiegħu fil-kapitali tal-Lombardija.

Il-familji li qed jieħdu sehem, ġejjin minn 100 pajjiż, li jinkludu Guinea Bissau – wieħed mill-ifqar pajjiżi, kif ukoll l-Awstralja – fuq in-naħa l-oħra tad-dinja,  mhumiex sempliċiment jassistu għal dak li qed jiġri, imma qed jieħdu sehem attiv fl-inizjattivi kollha, bħall-‘Kungress tat-Tfal’, li jgħaqqad lill-parteċipanti żgħar… Kompli aqra »

IL-PAPA JILTAQA’ MA’ WĦUD MIS-SAĊERDOTI MALTIN FIS-SERVIZZ TAS-SANTA SEDE

Il-Papa Benedittu XVI ltaqa’ mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u mal-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca, flimkien ma’ wħud mis-saċerdoti Maltin fis-servizz tas-Santa Sede. Dawn huma (mix-xellug) Mons Alfred Xuereb, mis-Segreterija partikolari tal-Papa; Mons. Charles J. Scicluna, Promotur tal-Ġustizzja fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi; Mons. Francis Bonnici, Direttur tal-Uffiċċju Pontifiċju għall-Vokazzjonijiet Saċerdortali; u Dun Patrick Incorvaja, mit-Tribunal tas-Segnatura Appostolika. Il-laqgħa saret fl-okkażjoni tal-udjenza li l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 31 ta’ Mejju

Iz-Zjara ta’ Marija Vergni lil Elizabetta

Luqa 1, 39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu;  u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost  in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

SERVIZZ EKUMENIKU FI ŻMIEN PENTEKOSTE

Se jsir Servizz Ekumeniku f’waħda mill-ġranet wara Pentekoste. Għid il-Ħamsin hija l-festa li mhux biss tfakkar it-twelid tal-Knisja, imma wkoll fiha naraw moviment mill-pluralita’ għall-unita’: fi kliem ieħor, il-ħafna jingħaqdu f’ġisem wieħed. Huwa għalhekk xieraq li f’dawn il-jiem inkomplu nitolbu għall-għaqda fost il-Knejjes nsara.

Għal dan il-għan se jsir Servizz Ekumeniku mniedi mill- Christians Together in Malta – Malta Ecumenical Council, flimkien mal-Kummissjoni Diocesana Ekumenika… Kompli aqra »

MONS. VICTOR GRECH NOMINAT GĦALL-PREMJU ĊITTADIN EWROPEW

Monsignor Victor Grech, a pioneering figure in Caritas Malta, has been jointly nominated by MEPs Louis Grech and Simon Busuttil for the European Citizens’ Prize.

The European Citizens’ prize is an award organised by the European Parliament each year to recognize the exceptional achievements of European citizens in fostering closer integration among EU citizens and promoting the values found in the EU’s Charter of fundamental rights… Kompli aqra »

IL-FIDI U L-FAMILJA F’MALTA DISKUSSI MILL-PAPA U L-ISQFIJIET MALTIN

Il-Papa Benedittu XVI laqa’ lill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u lill-Isqof Mario Grech għal udjenza privata fil-bidu taż-żjara ad Limina dwar id-djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex. Din il-laqgħa saret nhar it-Tnejn li għadda fl-istudju tal-Papa, fil-Palazz Appostoliku, fil-Vatikan.

Fl-ewwel kummenti lill-media l-Arċisqof Pawlu Cremona qal li huwa tkellem mal-Papa dwar il-familja u t-trobbija tat-tfal, u l-bżonn li l-fidi tkun parti ntegrali mill-ħajja tal-familja biex din tgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra… Kompli aqra »

IL-PAPA JIKKUNDANNA L-MASSAKRU FIS-SIRJA, JAPPELLA GĦAT-TALB U D-DJALOGU GĦALL-PAĊI

Syria massacre

Il-Papa Benedittu XVI ngħaqad mal-komunita internazzjonali fil-kundanna għall-massakru fis-Sirja, u appella lill-mexxejja insara u dawk Musulmani fil-pajjiż sabiex jiggwida lill-fidili fit-talb u l-kollaborazzjoni, lejn restawr tal-paċi u l-kalma.

Il-massakru f’Houla fl-aħħar jiem ħalla mal-108 persuni mejta, inkluż 49 tifel u tifla u mal-34 mara. Il-Kunsill Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda kkundanna min-naħa tiegħu l-massakru fuq nies ċivili, u mingħajr ma tefa’ l-ħtija kollha fuq il-Gvern Sirjan, akkużah b’użu ħażin ta’ armi f’żoni residenzjali… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Mejju

Mark 10, 32-45

Kienu mexjin fit-triq, telgħin lejn Ġerusalemm, u Ġesù kien miexi quddiemhom; u huma kienu mgħaġġbin, u l-oħrajn li kienu mexjin warajhom kienu mbeżżgħin. Raġa’ sejjaħ it-Tnax ħdejh, u beda jgħidilhom x’kien se jgħaddi minn għalih: “Ara, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin  il-kbar u l-kittieba, li jaqtgħuhielu għall-mewt u jerħuh f’idejn  il-pagani; dawn imbagħad jiddieħku bih, jobżqulu fuqu, jagħtuh is-swat u joqtluh, u wara tlitt ijiem iqum mill-mewt.” Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: “Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna.” “Xi triduni nagħmlilkom?” staqsiehom… Kompli aqra »

IL-PAPA JAGĦTI €100,000 F’GĦAJNUNA LILL-VITTMI TAT-TERREMOT FL-ITALJA

Bologna earthquake

Il-Kunsill Pontifiċju Cor Unum ħabbar f’komunikat għall-istampa li “wara t-terremot fl-Italja fl-aħħar jiem, li kkaġuna qerda partikolarment fit-terretorju ta’ konfini ekkleżjastiċi ta’ Carpi, Mantua, Modena-Nonantola u Ferrara-Comacchio, il-Papa Benedittu XVI bagħat €100,000 f’għotja t’għajnuna permezz tal-Kunsill Pontifiċju Cor Unum bil-għan li titqassam bejn id-djoċesijiet milquta. Hekk tkun appoġġjata l-ħidma t’assistenza lill-vittmi min-naħa tal-Knisja Kattolika. Is-somma flus intqal li kellha l-għan li tkun espressjoni konkreta t’għajnuna mill-Papa, li turi wkoll is-solidarjeta spiritwali tiegħu ma’ dawk kollha milquta minn dan it-terremot”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ Mejju

Mark 10, 28-31

Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk.” Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subjien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej… Kompli aqra »