Arkivji mensili: Mejju 2012

Il-Vanġelu tal-Jum 7ta’ Mejju

Ġwann 14,21-26

Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi.” Ġuda – l-ieħor, mhux   l-Iskarjota – qal lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?” Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu… Kompli aqra »

7 – 13 ta’ Mejju

It-Tnejn

L-Arċisqof iżur lill-E.T. Mons. George Niederauer, Arċisqof ta’ San Francisco, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu lill-emigranti Maltin f’San Francisco, l-Istati Uniti, u wara lill-missjunarji Maltin fl-Amerika Ċentrali.

It-Tlieta

L-Arċisqof iżur lil membri tal-komunitá Maltija f’San Francisco li huma morda u dawk fl-isptarijiet.

L-Erbgħa

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Preca… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 6ta’ Mejju

Is-Sitt Hadd wara l-Għid

John 15,1-8

“Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba  l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija… Kompli aqra »

IL-KONGREGAZZJONI TAL-ISQFIJIET TILQA’ T-TALBA BIEX IKUN NOMINAT ISQOF AWŻILJARJU ĠDID

Il-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet f’Ruma laqgħet it-talba tal-Arċisqof ta’ Malta biex ikun nominat Isqof Awżiljarju ġdid. Dan stqarru l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, waqt il-programm ta’ Radju RTK ‘Bir-Rispett Kollu’ li xxandar nhar it-Tlieta, l-1 ta’ Mejju. Il-programm kien ippreżentat minn Tonio Bonello.

“Nikkonferma li t-talba saret u kienet milqugħa wkoll,” tenna l-Arċisqof, “u issa jmiss li jibda l-proċess biex jintagħżel dan l-Isqof Awżiljarju ġdid”. Mons Cremona wera t-tama li l-Isqof il-ġdid ikun nominat din is-sena, “ma nafux biċ-ċert, imma nistenna li din l-għażla ssir din is-sena”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 5ta’ Mejju

Ġwann,14, 7-14

Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ‘l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.” Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, ‘Urina l-Missier’? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JASAL SAN FRANCISCO

On Thursday 3rd May 2012, on his arrival at San Francisco’s international airport, Archbishop Paul Cremona O.P. was given a warm welcome by a large group of Maltese-Americans, led by the Hon. Consul General, Mr. Louis Vella. The Maltese emigrants were enthusiastic to introduce themselves to the Archbishop, especially those who hail from Valletta, which is the Archbishop’s place of birth… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum 4 ta’ Mejju

Ġwann 14, 1 – 6

“Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha.” Tumas qallu: “Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TAL-PREŻENTAZZJONI TAL-KTIEB ‘LIFT UP YOUR HEARTS’

Aula Magna, il-Belt Valletta

19th April 2012

It was with pleasure that I accepted to be on this panel, both for the respect with which I hold Professor Douglas Kmiec, and also for the brief friendship that we enjoyed during his tenure of office as Ambassador of the United States to Malta.

The Book that he has written – Lift up your Hearts – is at the same time an autobiography, centering around the accident which cost Monsignor John Sheridan and Sister Mary Campbell their lives and an exposition of The Theology of Kindness, as shown especially in Monsignor Sheridan… Kompli aqra »

IL-MEDIA – PONT BEJN FIDI U KULTURA

Nhar is-Sibt 5 ta’ Mejju 2012, fl-Istitut Kattoliku, Floriana, is-Segretarjat għall-Katekeżi, flimkien mal-KDŻ u l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed jorganizzaw Seminar bit-tema: Il-Media: pont bejn Fidi u Kultura. Din ser ssir bħala parti mill-programm ta’ ongoing formation ikkoordinat fejn din is-sena qed jiffokkaw fuq is-sinteżi bejn il-fidi u l-kultura.

Bosta jħarsu lejn il-media bħala dak l-organu qawwi li jinfluwenza b’mod negattiv l-aspett tal-fidi u l-kultura… Kompli aqra »

IS-SEGRETARJAT AZZJONI SOĊJALI JIĊĊELEBRA L-50 ANNIVERSARJU

Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Mejju 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokjali tal-Furjana, fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tas-Segretarjat Azzjoni Soċjali tal-Azzjoni Kattolika.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »