Arkivji mensili: Ottubru 2012

L-ewwel Laqgħa ta’ Nformazzjoni dwar JDŻ

Nhar il-Ħamis 4 ta’ Ottubru 2012, se ssir l-ewwel Laqgħa ta’ Informazzjoni dwar il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss se tittella’ mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ ġewwa l-Kappella tal-Ħniena Divina, fin-Naxxar. Il-laqgħa, li ser tibda fis-7pm, se tispjega lill-parteċipanti interessati il-preparamenti li bħalissa għaddejin, kemm f’Malta kif ukoll madwar id-dinja.

Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ hija ċelebrazzjoni internazzjonali tal-insara żgħażagħ, u ssir kull semtejn jew tlieta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-4 ta’ Ottubru

Luqa 10, 1-12

Wara dan, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd… Kompli aqra »

Il-każ Vatileaks: ‘Kienu misjuba mal-elf dokument, bejn kopji u oriġinali

Gabriele's trial continues

Uffiċjali tal-pulizija fl-iStat tal-Vatikan ċaħdu akkużi li fil-ħin tal-arrest ta’ Paolo Gabriele, immaltrattawh.

“Qatt ħadd ma mmaltratta lil Gabriele, anzi kemm-il darba wera apprezzament għall-mod kif trattatu l-pulizija”, qal Luca Cintia, uffiċjal li kien responsabbli mid-detenzjoni tal-ex maġġordom tal-Papa Benedittu XVI.

L-Erbgħa, fit-tielet jum tal-ġuri ta’ Gabriele, akkużat li seraq u għadda fil-media dokumenti kunfidenzjali tal-Papa, intqal waqt ix-xiehda li waqt it-tiftix fl-appartament tiegħu nhar it-23 ta’ Mejju li għadda, instabu dokumenti li uħud minnhom kienu jġibu l-firma tal-Papa nnifsu, u oħrajn kienu mmarkati biex jinqerdu… Kompli aqra »

Jum il-Ħolqien

Issib min jinsisti li l-kelma ‘Ħolqien’ ma għandhiex tintuża fil-vokabularju modern, iżda li għandna nużaw flokha l-kelma ‘ambjent’. Il-ħsieb huwa li jekk taċċetta l-kelma ‘Ħolqien’, allura qed taċċetta l-idea li jeżisti xi Ħadd li ħoloq dan il-kobor ta’ madwarna…li jeżisti Alla. Fid-dinja sekulari tal-lum donnu li nagħmlu minn kollox sabiex inbiegħdu anke l-ħsieb tal-Ħallieq, allura rridu anke nbiddlu l-vokabularju.

Għall-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, is-sitwazzjoni hija bil-maqlub… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-3 ta’ Ottubru

Luqa 9, 57-62

Huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qallu: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk.” U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar ta’ l-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu.” Lil wieħed ieħor qallu: “Imxi warajja.” Iżda dak wieġbu: “Ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri.” Iżda hu wieġbu: “Ħalli l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom; iżda int mur u xandar is-Saltna ta’ Alla.” U ieħor ukoll qallu: “Jien niġi, Mulej, warajk, imma l-ewwel ħallini nsellem lil  tad-dar.” Qallu Ġesù: “Min iqiegħed idu fuq il-moħriet u jħares lura m’huwiex tajjeb għas-Saltna ta’ Alla.”

Il-festa tal Beatu Columba Marmion Kompli aqra »

Ir-Rapport Finanzjarju u Pastorali tal-2011

Nhar it-Tlieta 2 t’Ottubru 2012, waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Dar Fra Diegu, ġie spjegat ix-xogħol li jsir mill-Knisja mat-tfal vulnerabbli, u wara ġie ppreżentat ir-Rapport Finanzjarju u Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2011. Dan ir-rapport jinkludi r-riżultati finanzjarji ta’ aktar minn mitt entità li ħafna minnhom jaħdmu fil-qasam soċjali.

Fil-Viżta Pastorali li Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. qed jagħmel fil-parroċċi tad-Djoċesi ta’ Malta, fejn f’dawn l-aħħar tliet snin dar sitta u erbgħin minn sebgħin parroċċa, dejjem ifakkar li l-komunità Nisranija għandha tliet ħidmiet prinċipali mogħtija lilha minn Ġesù Kristu li waqqafha: dik tal-qima lil Alla fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-quddies u s-sagramenti; il-ħidma tal-formazzjoni Nisranija kontinwa; u l-għajnuna lill-persuni li jsibu ruħhom fil-bżonn… Kompli aqra »

Pubblikata l-lista tax-xhieda kontra Gabriele u Sciarpelletti

Pope Benedict's former butler Paolo Gabriele

Ilbieraħ filgħodu saret pubblika l-lista tax-xhieda li se jissejħu fil-ġuri kontra Paolo Gabriele u Claudio Sciapelletti, li huma rispettivament akkużati b’serq aggravat u kompliċitá fil-każ ta’ dokumenti sigrieti tal-Papa li spiċċaw fil-media.

Ix-xhieda fil-każ kontra Claudio Sciarpelletti huma Mons Carlo Maria Polvani, William Kloter, Gianluca Gauzzi Broccoletti u Domenico Giani. Fil-każ kontra Paolo Gabriele, ix-xhieda huma Cristina Cernetti, Giuseppe Pesce, Mons… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-2 ta’ Ottubru

Luqa 9, 51-56

Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm. Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: “Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?” Iżda hu dar fuqhom u ċanfarhom… Kompli aqra »

L-għana materjali għandu jintuża għall-ġid komuni

material wealth

Matul il-messaġġ li għadda mill-Palazz Appostoliku ta’ Castelgandolfo, il-Papa Benedittu XVI rrifletta fuq il-qari mill-Vanġelu ta’ San Mark li jirrakkonta kif raġel li ma kienx parti mill-grupp tad-dixxipli keċċa x-xjaten f’ismU, u San Ġwann l-Appostlu ried iwaqqfu, u Ġesu żammu. Dan “waqt li ħa l-okkażjoni jgħallem lid-dixxipli tiegħu li Alla jista’ jasal għal dak li hu tajjeb u li f’għajnejn il-bniedem hu mirakoluż, anki barra miċ-ċirku… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-Kamra tal-Aħbarijiet tal-RTK

Nhar it-Tnejn l-1 t’Ottubru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar lill-kamra tal-aħbarijiet tal-RTK fejn bierek il-ħaddiema tal-kamra tal-aħbarijiet fil-bidu ta’ proġett ġdid li jinkludi t-tnedija ta’ news portal ġdid – newsbook.com.mt – u r-ristrutturar tal-kamra tal-aħbarijiet.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »