Arkivji mensili: Ottubru 2012

Il-Vanġelu tal-31 ta’ Ottubru

Luqa 13,22-30

Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb  id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu, ‘Mulej, iftħilna.’ Iżda hu jweġibkom u jgħid, ‘Ma nafx mnejn intom.’ Mbagħad taqbdu tgħidulu, ‘Kilna u xrobna miegħek aħna, u int għallimt fil-pjazez tagħna.’ Hu jwieġeb u jgħidilkom, ‘Ma nafx mnejn intom; morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li m’hux sewwa!’ Hemmhekk ikun hemm il-biki u tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u l-profeti kollha fis-Saltna ta’ Alla, u intom imkeċċija ‘l barra… Kompli aqra »

Il-Papa dwar il-migrazzjoni bħala pellegrinaġġ ta’ fidi u tama

Il-Papa Benedittu XVI qal li minħabba instabilita ekonomika, in-nuqqas ta’ ħtiġijiet essenzjali, diżastri naturali, gwerer u kunflitti soċjali, “il-migrazzjoni saret esperjenza diffiċli ta’ trawma, fejn in-nies qed jispiċċaw vittmi, iktar milli aġenti responsabbli għad-deċiżjoni tal-migrazzjoni. Il-Papa kiteb il-messaġġ għad-99 Jum Dinji għall-Migranti u Refuġjati li jitfakkar fit-13 ta’ Jannar 2013 bit-tema “Il-Migrazzjoni:pellegrinaġġ ta’ fidi u tama”.

Il-Papa kiteb li “il-fidi u t-tama huma inseparabbli fi qlub il-migranti li profondament jixtiequ ħajja aħjar, speċjalment meta jkunu qed iħallu warajhom xenarju ferm bogħod minn prospettiv għal futur aħjar”… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof f’għeluq il-175 sena mill-istatwa ta’ Santa Marija

Qrendi

30 ta’ Ottubru 2012

Ħuti, statwa ta’ S. Marija li aħna qegħdin niċċelebraw illum, mija u ħamsa u sebgħin sena, nippruvaw nagħmlu meditazzjoni fuqha ħalli tgħinna nikbru fil-ħbiberija tagħna ma’ Binha.

Kif jibdew l-istatwi?  Ikun hemm komunita,  komunita li jkollha ħafna fidi fil-Madonna u forsi xi ħadd, min jaf min kien, ġieħ l-ħsieb li kieku aħna ngħinu l-fidi tagħna billi jkollna xbieha, allura nistgħu nużaw is-sensi tagħna, narawha biex il-fidi tagħna nkunu nistgħu ngħixuha iktar… Kompli aqra »

‘We don’t need no religion’ f’diskussjoni

L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija se tiċċelebra s-67 sena mit-twaqqif tagħha nhar it-Tlieta 6 ta’ Novembru b’quddiesa ċċelebrata fil-knisja ta’ Santa Katerina tal-Italja l-Belt Valletta fis-6.30pm, u wara, diskussjoni fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fis-7.30pm.

Din id-diskussjoni ġġib it-titlu ta’: “We don’t need no religion. Għalfejn ħafna nies illum jemmnu f’Alla mingħajr bżonn ta’ reliġjon” u se tkun immexxija minn Peppi Azzopardi waqt li l-kelliema se jkunu Ranier Fsadni, Fr Mark Sultana u Jason Copperstone… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur t-tfal li jattendu l-katekiżmu u l-katekisti

Nhar il-Ħamis 25 ta’Ottubru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  iltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu fiċ-Ċentru tal-Kapuċċini l-Kalkara, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu. Aktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-katekisti tat-tfal fiċ-Ċentru tal-Kapuċċini.

AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof fil-Kalkara.

Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »

Pellegrinaġġ bis-sehem tal-fratellanzi tar-Rużarju

Nhar il-Ħadd 28 ta’ Ottubru 2012 sar pellegrinaġġ Marjan mill-knisja parrokkjali tar-Rabat sal-Katidral tal-Imdina. Dan il-pellegrinaġġ ġie organizzat mill-Kapitlu Metropolitan tal-Katidral fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi. Fih ħadu sehem 11-il fratellanza tar-Rużarju u matul il-pellegrinaġġ ingħad ir-rużarju b’talb apposta mħejji mis-Segretarjat tal-Liturġija. L-animazzjoni tar-rużarju saret mill-patrijiet Dumnikani u mill-kor Mirabitur. Il-pellegrinaġġ tmexxa mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. Kienu prezenti wkoll l-E.T. Mons. Tommaso Caputo, Nunzju Appostoliku, u Isqof mill-Malawi… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-30 ta’ Ottubru

Luqa 13,18-21

Mela qal: “Lil xiex tixbah is-Saltna ta’ Alla, u ma’ xiex se nxebbhuha? Tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel qabad u żeragħha fil-ġnien tiegħu, u mbagħad kibret u saret siġra, u l-għasafar ta’ l-ajru marru jbejjtu fil-friegħi tagħha.” U reġa’ qalilhom: “Ma’ xiex se nxebbahha s-Saltna ta’ Alla? … Kompli aqra »

Kattoliċi jappellaw għal iffukar għal ġustizzja soċjali

Appeal for more Social Justice in USA

Studju kbir fuq livell nazzjonali fl-Amerka dwar veduti ta’ fidi u ta’ natura politika enfasizza l-interess u x-xewqa tal-kattoliċi li jaraw iktar sens u rwol akbar ta’ ġustizzja soċjali fil-prioritajiet tal-Knisja.

L-istħarriġ dwar Valuri fl-Amerka, u li sar mill-Istitut tar-Riċerka Pubblika fil-qasam tar-Reliġjon, stħarreġ fost għadd kbir ta’ Amerikani mifruxa mal-Amerka kollha, anki jekk finalment iffoka fuq l-opinjoni tal-kattoliċi, partikolarment fuq suġġetti li jinkludu l-kopertura ta’ kontraċettivi mill-kumpaniji ta’ assigurazzjoni, il-piena kapitali, u anki l-elezzjoni presidenzjali ta’ Novembru li ġej… Kompli aqra »

Ittra tal-Papa lill-Isqfijiet Malta wara ż-Żjara ad Limina

To the Most Reverend Paul Cremona
Archbishop of Malta

“Grace and peace from God the Father
and Christ Jesus our Saviour” (
Tit 1:4)

I was pleased to welcome you and Bishop Grech to Rome on the occasion of your recent ad Limina visit to the tombs of the Apostles Peter and Paul and I greatly appreciated the time that we were able to spend together… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-29 ta’ Ottubru

Luqa 13,10-17

Darba s-Sibt kien qiegħed jgħallem f’waħda mis-sinagogi. U kien hemm mara li kienet ilha tmintax-il sena bi spirtu li kien imarradha; kienet milwija ħafna, u ma kinitx tista’ tieqaf dritta għalkollox. Kif raha Ġesù sejjħilha u qalilha: “Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek.” U qegħdilha idejh fuqha, u minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla… Kompli aqra »