Yearly Archives: 2012

L-intenzjonijiet tat-talb tal-Papa għal Ottubru

Pope praying

L-Appostolatura tat-talb tal-Papa, bħal ma tagħmel fil-bidu ta’ kull xahar, ħabbret l-intenzjonijiet tat-talb tal-Papa tul Ottubru. L-intenzjoni ġenerali tal-Papa dax-xahar hi sabiex “l-evanġelizzazzjoni ġdida tipprogressa fil-pajjiżi bi storja twila ta’ Kristjaneżmu”.

Minbarra m-intenzjoni ġenerali, il-Papa, bħas-soltu jagħżel ukoll intenzjoni missjunarja. Matul dan ix-xahar qed jitlob sabiex “iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji tal-Missjoni tirriżulta f’impenn imġedded għall-evanġelizzazzjoni”. Kompli aqra »

Tmien laqgħat dwar L-Evanġelju skont San Mark

Ser isiru serje ta’ 8 laqgħat dwar l-Evanġelju ta’ Marku, li ser isiru mill-Kan. Dun Karm Attard fis-Sala ta’ Birkirkara (dħul mit-Triq Mike Pulis).

Dawn il-laqgħat ser jibdew mill-5 t’Ottubru fis-7:15 p.m.

Kulħadd huwa mistieden biex jattendi, u jekk huwa possibli jġib miegħu il-Bibbja. Kompli aqra »

Assemblea Djoċesana 2012

L-Assemblea Djoċesana tal-Knisja f’Malta din is-sena se tiddiskuti l-isfidi għall-ħidma pastorali mal-familja u r-realtà tal-fidi. Din l-Assemblea se tiltaqa’ għada l-Ġimgħa 5, u s-Sibt 6 ta’ Ottubru, fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara, u se tkun ippreseduta mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

L-Assemblea se jkollha tema għal kull jum, b’rabta mal-Pjan Pastorali 2012-2014 u mas-Sena tal-Fidi, li l-Papa Benedittu XVI se jiftaħ fil-11 ta’ Ottubru li ġej… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-5 ta’ Ottubru

Luqa 10, 13-16

“Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u libsu l-ixkejjer u qagħdu fuq ir-rmied. Imma l-ġudizzju għad ikun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom. U int, Kafarnahum, taħseb li se togħla sas-sema? Sa ġol-qiegħ għad tinxteħet! Min jisma’ lilkom ikun jisma’ lili, u min iwarrab lilkom ikun iwarrab lili; imma min iwarrab lili jkun iwarrab lil dak li bagħatni.”

Il-Qaddis tal-jum: Santa Flora ta’ Beaulieu Kompli aqra »

Il-Papa jistieden talb għas-Sena tal-Fidi, is-Sinodu tal-Isqfijiet

Year of Faith logo

Wara l-katekeżi tiegħu fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, din il-ġimgħa l-Papa Benedittu XVI rrefera għaż-żjara tal-Ħamis f’Loreto, l-Italja “fil-50 anniversarju mill-pellegrinaġġ famuż li Beatu Papa Ġwanni XXIII kien għamel fis-santwarju Marjan ġimgħa qabel ftuħ il-Konċilju Vatikan II.”

Il-Papa stieden lil kulħadd jingħaqad miegħu fit-talb, waqt li fada l-ġrajjiet ekkleżjastiċi ewlenin li qed jitħejjew fil-qawwa tal-Madonna, Omm Alla… Kompli aqra »

L-ewwel Laqgħa ta’ Nformazzjoni dwar JDŻ

Nhar il-Ħamis 4 ta’ Ottubru 2012, se ssir l-ewwel Laqgħa ta’ Informazzjoni dwar il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss se tittella’ mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ ġewwa l-Kappella tal-Ħniena Divina, fin-Naxxar. Il-laqgħa, li ser tibda fis-7pm, se tispjega lill-parteċipanti interessati il-preparamenti li bħalissa għaddejin, kemm f’Malta kif ukoll madwar id-dinja.

Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ hija ċelebrazzjoni internazzjonali tal-insara żgħażagħ, u ssir kull semtejn jew tlieta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-4 ta’ Ottubru

Luqa 10, 1-12

Wara dan, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd… Kompli aqra »

Il-każ Vatileaks: ‘Kienu misjuba mal-elf dokument, bejn kopji u oriġinali

Gabriele's trial continues

Uffiċjali tal-pulizija fl-iStat tal-Vatikan ċaħdu akkużi li fil-ħin tal-arrest ta’ Paolo Gabriele, immaltrattawh.

“Qatt ħadd ma mmaltratta lil Gabriele, anzi kemm-il darba wera apprezzament għall-mod kif trattatu l-pulizija”, qal Luca Cintia, uffiċjal li kien responsabbli mid-detenzjoni tal-ex maġġordom tal-Papa Benedittu XVI.

L-Erbgħa, fit-tielet jum tal-ġuri ta’ Gabriele, akkużat li seraq u għadda fil-media dokumenti kunfidenzjali tal-Papa, intqal waqt ix-xiehda li waqt it-tiftix fl-appartament tiegħu nhar it-23 ta’ Mejju li għadda, instabu dokumenti li uħud minnhom kienu jġibu l-firma tal-Papa nnifsu, u oħrajn kienu mmarkati biex jinqerdu… Kompli aqra »

Jum il-Ħolqien

Issib min jinsisti li l-kelma ‘Ħolqien’ ma għandhiex tintuża fil-vokabularju modern, iżda li għandna nużaw flokha l-kelma ‘ambjent’. Il-ħsieb huwa li jekk taċċetta l-kelma ‘Ħolqien’, allura qed taċċetta l-idea li jeżisti xi Ħadd li ħoloq dan il-kobor ta’ madwarna…li jeżisti Alla. Fid-dinja sekulari tal-lum donnu li nagħmlu minn kollox sabiex inbiegħdu anke l-ħsieb tal-Ħallieq, allura rridu anke nbiddlu l-vokabularju.

Għall-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, is-sitwazzjoni hija bil-maqlub… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-3 ta’ Ottubru

Luqa 9, 57-62

Huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qallu: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk.” U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar ta’ l-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu.” Lil wieħed ieħor qallu: “Imxi warajja.” Iżda dak wieġbu: “Ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri.” Iżda hu wieġbu: “Ħalli l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom; iżda int mur u xandar is-Saltna ta’ Alla.” U ieħor ukoll qallu: “Jien niġi, Mulej, warajk, imma l-ewwel ħallini nsellem lil  tad-dar.” Qallu Ġesù: “Min iqiegħed idu fuq il-moħriet u jħares lura m’huwiex tajjeb għas-Saltna ta’ Alla.”

Il-festa tal Beatu Columba Marmion Kompli aqra »