Pope praying

L-Appostolatura tat-talb tal-Papa, bħal ma tagħmel fil-bidu ta’ kull xahar, ħabbret l-intenzjonijiet tat-talb tal-Papa tul Ottubru. L-intenzjoni ġenerali tal-Papa dax-xahar hi sabiex “l-evanġelizzazzjoni ġdida tipprogressa fil-pajjiżi bi storja twila ta’ Kristjaneżmu”.

Minbarra m-intenzjoni ġenerali, il-Papa, bħas-soltu jagħżel ukoll intenzjoni missjunarja. Matul dan ix-xahar qed jitlob sabiex “iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji tal-Missjoni tirriżulta f’impenn imġedded għall-evanġelizzazzjoni”.