Yearly Archives: 2012

Il-Papa jibgħat il-kondoljanzi tiegħu wara l-mewt tal-Kardinal Martini

Cardinal Martini

Il-Papa Benedittu XVI bagħat il-messaġġ tiegħu lill-Arċisqof ta’ Milan, joffri l-kondoljanzi wara l-mewt tal-Kardinal Carlo Martini li miet fl-eta ta’ 85 sena. Il-Kardinal ilu għall-aħħar snin marid bil-marda tal-Parkinson.

Il-Papa innota kif il-Kardinal għex il-marda tiegħu “b’serenita” u kif “qagħad għar-rieda ta’ Alla”.

Benedittu XVI assigura s-solidarjeta tiegħu ma’ dawk kollha sogħbiena għal din it-telfa.

Carlo Martini kien ordnat saċerdot fi ħdan is-Soċjeta ta’ Ġesu fl-1952 fl-eta ta’ 25 sena… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-4 ta’ Settembru

Luqa 4, 31-37

Niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f’jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa. U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta’ xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b’leħen għoli: “Ah! x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? … Kompli aqra »

Workshop Internazzjonali ‘Ir-Rebbiegħa Għarbija…Sena Wara’

Il-Konferenza Ewropea għall-Ġustizzja u l-Paċi u l-Kummissjoni tal-Ġustizzja u l-Paċi fi ħdan il-Knisja Maltija qiegħdin jistiednu lill-pubbliku għas-sessjoni tal-ftuħ tal-Workshop Internazzjonali ‘Ir-Rebbiegħa Għarbija…Sena Wara’ nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Settembru 2012 fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù ir-Rabat fis-6pm.

Min jixtieq jattendi għandu jirreġistra minn qabel.

Biex tibbukkja post ikkuntatja lill-
Ms Michelle Meli
Email: [email protected]
Tel: 25906503 / 504 Kompli aqra »

It-talb tal-Papa għal Settembru

Pope Benedict XVI

L-intenzjoni ġenerali għat-talb tal-Papa tul ix-xahar ta’ Settembru hi sabiex “il-politiċi jaġixxu dejjem b’onesta, integrita u imħabba għall-verita”.

L-intenzjoni missjunarja hija “sabiex il-komunitajiet insara jkollhom aktar rieda sabiex jibagħtu missjunarji, saċerdoti u lajċi, flimkien ma’ riżorsi konkreti lill-ifqar knejjes”. Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-Parroċċa ta’ Bormla

L-Arċisqof Pawlu Cremona ħatar lil Dun Reuben Micallef bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ Marija Immakulata Kunċizzjoni, Bormla.

Dun Reuben twieled fid-29 ta’ Lulju 1977 u trabba Raħal Ġdid, parroċċa Madonna ta’ Lourdes. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja Immaculate Conception f’ Ħal Tarxien, fil-kulleġġ De La Salle, fil-Junior College (G.F. Abela) l-Imsida, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

3 – 9 ta’ Settembru

It-Tnejn

9.15 a.m.        L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta
L-Erbgħa

11.30 a.m.      L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, il-Kurja.

6.30 p.m.        L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-mewt tal-Beata Mother Theresa, għand is-Sorijiet tal-Karita’ f’Bormla.

Il-Ħamis

7.00 p.m.        L-Arċisqof ibierek u jinawgura birrerija ġdida ta’ Simonds Farsons Cisk Plc.

Il-Ġimgħa

8.30 a.m.        … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-2 ta’ Settembru

It-22 Hadd ta’ Matul is-Sena

Mark 7, 1-8,14-15,21-23

Il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejh, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom m’humiex indaf, jiġifieri m’humiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu idejhom sewwa; hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil  tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-1 ta’ Settembru

Mattew 25, 14-30

“Dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skond il-ħila tiegħu. U siefer. Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih iħaddimhom u qala’ ħamsa oħra. Hekk ukoll dak li kien ħa tnejn qala’ tnejn oħra. Iżda dak li ħa wieħed mar ħaffer fl-art u ħeba flus sidu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-31 t’ Awwissu

Matthew 25, 1-13

“Mbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li   l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom  in-ngħas u raqdu. Mbagħad f’nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat, ‘Ara l-għarus! … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-30 t’ Awwissu

Mattew 24, 42-51

Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f’liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu  l-ħitan ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem. “Intom min tgħidu li hu l-qaddej fidil u għaqli? … Kompli aqra »