L-Arċisqof Pawlu Cremona ħatar lil Dun Reuben Micallef bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ Marija Immakulata Kunċizzjoni, Bormla.

Dun Reuben twieled fid-29 ta’ Lulju 1977 u trabba Raħal Ġdid, parroċċa Madonna ta’ Lourdes. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja Immaculate Conception f’ Ħal Tarxien, fil-kulleġġ De La Salle, fil-Junior College (G.F. Abela) l-Imsida, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

Dun Reuben ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ Lulju 2005 u nħatar viċi-kappillan fil-parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, u kappillan fil-parroċċa ta’ l-Imtarfa fejn ilu jservi mill-2008.

Il-parroċċa ta’ Bormla tiġbor fiha madwar 5,700 persuna f’1,600 familja.