Yearly Archives: 2012

Il-Papa jgħid li l-imħabba mogħtija lil min qed ibati tirrifletti l-imħabba t’Alla

People suffering after tsunami in Japan in 2011

Il-Papa Benedittu XVI bagħat it-tislijiet u l-barka tiegħu lill-parteċipanti tal-25 Laqgħa Interġreliġjuża ta’ talb għall-paċi fid-dinja, attivita li bidet il-Ġimgħa fuq Mount Hiei fil-Ġappun. Is-summit jinkludi simposju bi studju tar-reazzjoni tal-mexxejja reliġjużi għad-diżastri naturali. Il-Kap tal-Kattoliċi qal li jittama li d-diskussjoni twassal għal iktar solidarjeta u għajnuna. Fi kliemu, skont il-perspettiva nisranija, l-imħabba li tingħata u tintwera ma’ min ikun qed ibati hi riflessjoni tal-imħabba ta’ Alla nnifsu, lit ant ħabb lill-bniedem, li bagħat lil Ibnu l-Waħdieni fid-dinja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-3 t’ Awwissu

Mattew 13, 54-58

Meta mbagħad Ġesù temm dawn il-parabboli, telaq minn hemm u mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa ta’ l-għaġeb? Dan m’huwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu m’hijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? U ħutu l-bniet m’humiex kollha magħna? … Kompli aqra »

It-tielet volum ta’ Ġesu ta’ Nażaret lest

Jesus-of-Nazareth-Vol II

Il-Papa Benedittu XVI iffinalizza t-tielet volum ta’ Ġesu ta’ Nażaret, iddedikat għal stejjer mit-tfulija ta’ Ġesu. Stqarrija tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan spjegat li t-tielet volum, li jikkompleta ż-żewġ volume preċedenti, bħalissa qed jiġi tradott mil-lingwa oriġinali, il-Ġermaniż, għal diversi ilsna oħra, fosthom l-Ingliż.

L-istqarrija żżid tesprimi t-tama li l-ktieb il-ġdid ikun tradott f’bosta lingwi f’kolp. Dan sakemm kien affermat li l-proċess kellu jieħu ż-żmien tiegħu, kif jixraqlu… Kompli aqra »

Programm taż-Żjara f’Malta tal-Kardinal Prospero Grech O.S.A.

L-Eminenza Tiegħu il-Kardinal Prospero Grech O.S.A. se jżur Malta fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Lawrenz fil-Birgu, belt twelidu.

Dettalji tal-Programm:

Il-Ġimgħa 3 t’Awwissu

12.30pm: Il-Kardinal jasal Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

It-Tnejn 6 t’Awwissu

12:00pm: Il-Kardinal jiltaqa’ mal-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Kurja tal-Arcisqof

Il-Ġimgħa 10 t’Awwissu: Kompli aqra »

8.15am: Il-Kardinal Grech jasal ħdejn id-daħla prinċipali tal-Birgu fejn jingħata merħba mis-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall.  …

Il-Vanġelu tat-2 t’ Awwissu

Mattew 13, 47-53

“Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox. Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin. Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien… Kompli aqra »

Tul Awwissu l-Papa jitlob għaż-żgħażagħ u l-priġunieri

Pope praying

Matul dan ix-xahar ta’ Awwissu, il-Papa Benedittu XVI qed jitlob għaż-żgħażagħ u għaż-żelu appostoliku tagħhom fil-proklamazzjoni ta’ Ġesu Kristu u l-messaġġ tiegħu.

L-Appostolatura tat-Talb tal-Papa, bħal kull xahar ħabbret l-intenzjoni ġenerali u dik missjunarja tal-Papa, f’dal-każ tul Awwissu.

Matul dax-xahar, l-intenzjoni missjunarja tat-talb tal-Papa hi biex iż-żgħażagħ imsejħa lkoll biex jimxu wara Ġesu, ikunu jistgħu jipproklamaw u jagħtu xiehda tal-Vanġelu sa truf l-art kollha… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-1 ta’ Awissu

Mattew 13, 44-46

“Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kull ma jkollu u jixtri dik l-għalqa.”  “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha.”

Il-Qaddisa tal-jum: San Alfonsu Liguori

Kompli aqra »

Il-Papa jiltaqa’ mal-Kummissjoni tal-Kardinali li qed tinvestiga l-iżvelar ta’ dokumenti

A stamp from a document in the Vatican secret archive

Komunikat maħruġ mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan qal li fil-jiem li għaddew il-Papa ltaqa’ f’udjenza mal-Kummissjoni tal-Kardinali li hu stess ħatar biex tinvestiga l-iżvelar ta’ dokumenti kunfidenzjali fil-Vatikan. Il-kardinali Julian Herranz, Jozef Tomko u Salvatore De Giorgi, kienu akkumpanjati mis-Segretarju tal-Kummissjoni, Patri Luigi Martignani OFM Cap, mill-Maġistrat Piero Antonio Bonnet u mill-Promutur tal-Ġustizzja Nicola Picardi, mit-tribunal tal-iStat tal-Vatikan… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-31 ta’ Lulju

Mattew 13,36-43

Mbagħad ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa.” U weġibhom: “Dak li jiżra’ ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-ħażin, u  l-għadu   li żeragħha huwa x-xitan. Il-ħsad ifisser tmiem id-dinja, u  l-ħassada  l-anġli. Mela bħalma s-sikrana jiġbruha u jaħarquha fin-nar, hekk isir fi tmiem id-dinja… Kompli aqra »

Il-Maratona ‘Oħloq Tbissima’ fi tmiem din il-ġimgħa

Ser terġa tittella l-Maratona Oħloq Tbissima: 60 siegħa ta’ xandir live miċ-ĊAM Productions international (CPi) u l-Production House fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).   L-għaxar edizzjoni tal-maratona ser tibda f’nofsinhar tat-3 t’Awwissu u tibqa’ sejra sal-Ħadd 5 t’Awwissu f’nofsillejl.

Bħal edizzjonijiet passati,  l-għan huwa li titqajjem kuxjenza missjunarja, filwaqt li jinġabru fondi b’risq il-missjonijiet fi ħdan l-MSSP, fil-Filippini, fil-Peru  u fil-Pakistan, kif ukoll b’risq id-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera u għall-Evanġelizzazzjoni permezz tal-MediaKompli aqra »