Inawgurata t-tieni fażi ta’ Dar l-Emigrant
06/12/2012Nhar it-Tlieta 4 ta’ Diċembru 2012, l-Arċisqof inawgura u bierek it-tieni fażi tal-Mużew tal-Emigranti, f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »
Aħbarijiet mill-Knisja f'Malta
Nhar it-Tlieta 4 ta’ Diċembru 2012, l-Arċisqof inawgura u bierek it-tieni fażi tal-Mużew tal-Emigranti, f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »
Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Diċembru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. inawgura uffiċċju ġdid fil-Kurja tal-Arċisqof li se jkun qiegħed jikkordina l-ħidma tal-volontarjat li qed issir fil-Knisja u jkompli joħloq għarfien dwar il-valur tal-volontarjat. L-Uffiċċju se jitmexxa mill-voluntiera, li ser joffru servizz kontinwu lill-entitajiet tal-Knisja bil-għan li tissaħħaħ l-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-volontarjat fid-Djoċesi ta’ Malta.
Il-ħidma ta’ dan l-Uffiċċju, li se jitmexxa minn persuni volontarji, huma:
Nhar it-Tlieta 27 ta’ Novembru 2012, l-Arċisqof iltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizazzjoni fis-Sala Yvonne, bħala parti miż-Żjara Pastorali li għamel matul Novembru u Diċembru ta’ din is-sena fi Guardamangia. Iktar tard, l-Arċisqof iltaqa’ mal-membri tas-Soċjetà Ċivili fis-Sala Yvonne.
AGĦFAS HAWN biex tara aktar ritratti taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’Guardamangia.
Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar… Kompli aqra »
Pope on Twitter
Il-Papa Benedittu sittax jinsab fuq Twitter. Huwa qed jittwiterja permezz tal-isem @pontifex, kelma bil-Latin li tirreferi għal bniedem li jibni l-pontijiet.
F’temp ta’ ftit sigħat, diġà kienu qed isegwu l-Papa xejn inqas minn 250 elf ruħ.
Il-Papa mistenni jikteb l-ewwel ‘post’ tiegħu l-ġimgħa d-dieħla. Permezz ta’ twitter ukoll, se jkun qed iwieġeb mistoqsijiet dwar il-fidi.
Permezz tal-preżenza fuq twitter, il-Knisja qed tkompli tikkonferma l-preżenza tagħha fil-mezzi ġodda tal-midja… Kompli aqra »
Nhar it-Tlieta 4 ta’ Diċembru 2012, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar il-kampus tal-Universita’, fejn saret il-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi ‘Make my House a Home’, organizzata mill-Għaqda Studenti tat-Teologija b’kollaborazzjoni ma’ radju RTK. Il-kampanja saret b’risq il-programm ta’ kura preventiva tal-Uffiċċju Ċentrali ‘Ejjew Għandi (Djar tat-Tfal tal-Knisja) li jgħin it-tfal fic-child day care centres, il-vittmi ta’ vjolenza domestika u l-familji li jbatu minn problemi soċjali… Kompli aqra »
Nhar it-Tlieta 4 ta’ Dicembru, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa għal persuni b’diżabilita’, fil-Garden of Eden, iż-Żurrieq.
…
Messaġġ mill-Kummissjoni Pastorali Persuni b’diżabilità fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-persuni b’Diżabilità.
Alla ħalaqna lkoll differenti imma fl-istess ħin aħna lkoll indaqs f’għajnejH għax hu ħalqana lkoll xbieha tiegħu. Għaldaqstant il-bniedem hu msejjaħ biex minkejja d-diversita, li tinkludi wkoll lill-persuni b’diżabilità, jistma lil kulħadd indaqs. Hu ta’ inkoraġġiment kbir li s-soċjeta Maltija temmen mhux biss fil-valur ta’ kull persuna imma qed tara li kull persuna b’diżabilità ma tkunx imċaħda minn opportunitajiet indaqs. … Kompli aqra »
Fl-udjenza ġenerali ta’ dil-ġimgħa, il-Papa Benedittu XVI fakkar ftuħ is-sena liturġika bi Żmien l-Avvent. Kompla li ‘Avvent’ tfisser ‘preżenza’ u ‘dak li ġej’, biż-żewġ tifsiriet jirreferu għall-ewwel miġja ta’ Kristu fil-misteru tal-inkarnazzjoni, u fit-tieni miġja tiegħu fil-glorja. Dawn iż-żewġ ġrajjiet ewlenin tal-istorja tas-salvazzjoni, il-Papa qal li jolqtuna fil-laħam il-ħaj għax permezz tal-mewt u l-qawmien tiegħu, Ġesu ttrasforma l-umanita u l-kosmu bħala l-aħħar għan tal-ħolqien. Żied li qabel dan tal-aħħar, “il-vanġelu hu meħtieġ li jkun proklamat lill-pajjiżi kollha… Kompli aqra »
Nhar il-Ħamis, 29 ta’ Novembru 2012, l-Arċisqof Pawl Cremona, flimkien ma’ 19-il-artist żgħażagħ, inawguraw it-tema tas-sena2013 għaż-żgħażagħ permezz ta’ esibizzjoni kollettiva ġewwa Sagrestia Vault, Valletta Waterfront. L-artisti pproduċew xogħlijiet oriġinali fuq l-isem tal-esibizzjoni, INSIDE|OUT, huwa nnifsu ispirat mit-tema tal-2013: “Morru agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha” (Mt 28.19).
L-esibizzjoni hija magħmula minn 20 biċċa xogħol u se tkun miftuħa kuljum bejn 18:00 u 22:00, il-Ħdud bejn 13:00 u 21:00… Kompli aqra »