Yearly Archives: 2012

’Alla mhux daqshekk imbiegħed imma magħna’

Il-Ħadd il-Papa Benedittu XVI ċċelebra l-ewkaristija fil-knisja parrokkjali ta’ St Patrick f’Colle Prenestino fit-tarf in-naħa ta’ lvant ta’ Ruma. Fl-omelija tiegħu, il-Papa tkellem dwar iċ-ċertezza fil-fidi li Alla hu preżenti, irrispettivament miċ-ċirkustanzi li jistgħu jidhru jikkawżaw dwejjaq, nuqqa ta’ fiduċja u saħansitra disprament. Il-preżenza t’Alla hi fiha nnifisha biżżejjed biex iddawwal lil qlubna. Huwa fakkar lill-fidili li “huwa Ġesu li jġib is-salvazzjoni lill-umanita; relazzjoni ġdida ma’ Alla li tirbaħ fuq il-ħażen u l-mewt, li hija l-veru ferħ għar-relazzjoni m’Alla li ddwwalilna t-triq, anki jekk xi drabi mtappna mid-dlam tal-egoiżmu”… Kompli aqra »

Quddiesa ta’ radd il-ħajr fi tmiem il-missjoni ta’ Mons. Caputo f’Malta

Nhar il-Ħadd 16 ta’ Diċċembru 2012, l-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Tommaso Caputo iċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fi tmiem il-missjoni diplomatika tiegħu f’Malta bħala Nunzju Appostoliku tas-Santa Sede.

Fl-10 ta’ Novembru li għadda, il-Qdusija Tiegħu il-Papa Benedittu XVI ħatar lil Mons. Caputo bħala Arċisqof tal-belt ta’ Pompei u Delegat Pontifiċju għas-Santwarju tal-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju ta’ Pompei… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-17 ta’ Dicembru

Mattew 1, 1-17

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham. Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram, Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaz nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan… Kompli aqra »

17-23 ta’ Diċembru

.

It-Tnejn

10.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fil-Kurja.

6.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-festin żgħir fl-okkażjoni tat-tluq tan-Nunzju Appostoliku Mons. Tommaso Caputo, li se jtemm is-servizz tiegħu f’Malta. Din ser issir fin-Nunzjatura Appostolika f’Tal-Virtù, ir-Rabat.

It-Tlieta

09.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Milied għat-tfal tal-Iskejjel Statali, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-16 ta’ Dicembru

It-Tielet Hadd tar-Randan

Luqa 3, 10-18

In-nies kienu jistaqsuh u jgħidulu: “Mela x’għandna nagħmlu?” U huwa kien iweġibhom: “Min għandu żewġ ilbiesi, jaqsam ma’ min ma għandu xejn, u min għandu x’jiekol jagħmel l-istess.” Resqu wkoll xi pubblikani biex jitgħammdu u qalulu: “Mgħallem, x’għandna nagħmlu aħna?” U huwa weġibhom: “Tissikkaw lil ħadd biex jagħtikom taxxi iżjed milli jmisskom tieħdu.” Staqsewh ukoll xi suldati u qalulu: “U aħna, x’għandna nagħmlu?” U huwa weġibhom: “Tisirqu lil ħadd bit-tehdid jew bil-qerq tagħkom, u kkuntentaw ruħkom bil-paga li għandkom.”  Il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-15 ta’ Dicembru

Mattew 17,10-13

U d-dixxipli staqsewh: “Mela kif jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?”  Hu weġibhom: “Elija jiġi, iva, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu.  Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx, imma ġiebu ruħhom miegħu kif għoġobhom. Hekk ukoll Bin il-bniedem għandu jsofri minnhom.” Mbagħad id-dixxipli fehmu li hu kien qiegħed jgħidilhom għal Ġwanni l-Battista… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-14 ta’ Dicembru

Mattew 11, 16-19

“Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Nxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajjtu lil sħabhom  u jgħidu: ‘Daqqejnielkom il-flawt,  u ma żfintux,  għannejnielkom in-niket,  u ma bkejtux!’Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Għandu fih xitan.’ Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin.’ Imma l-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess.”

Il-Qaddis tal-jum: San Gwann tas-Salib

Kompli aqra »

Il-Papa jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni fil-kuntest ta’ żmienna

Il-Papa Benedittu XVI laqa’ f’udjenza sitt ambaxxaturi ġodda u non-residenti akkreditati għas-Santa Sede miż-Żambja, mit-Tajlandja, mis-Sri Lanka, minn St. Vincent u l-Hgrenadines, min-Niġer u l-Guinea. Fl-indirizz tiegħu lid-diplomatiċi, il-Papa ffoka fuq it-tema tal-edukazzjoni, waħda mill-isfidi ewlenin fiż-żminijiet tal-lum.

Waqt li semma l-evoluzzjoni tal-istili differenti tal-ħajja tal-lum, li qal li toħloq qasmiet kulturali, soċjali u spiritwali fl-istorja umana, Benedittu XVI semma wkoll in-networks soċjali li qal li “spiċċaw jieħdu post l-ispazji soċjali u komunikattivi, biex saru kważi l-uniku punt ta’ referenza għall-kisba tal-informazzjoni u l-għarfien… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-13 ta’ Dicembru

Mattew 11,11-15

Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu. Minn żmien Ġwanni l-Battista sa llum is-Saltna tas-Smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha, u dawk li jitħabtu bis-sħiħ jaħtfuha. Għax il-Profeti kollha, u wkoll il-Liġi, ħabbru sa żmien Ġwanni, u, jekk tridu temmnuni, dan hu Elija li għandu jiġi… Kompli aqra »