Arkivji mensili: Jannar 2013

Proċeduri f’każijiet ta’ ksur ta’ regolamenti għad-Dħul fl-iskejjel tal-Knisja

The Church Authorities have published a document about the procedures to be followed in cases of breaches of the regulations for the admission to Church schools.

Two years ago, the Church Authorities revised the admission procedures into Church schools. This brought about a new level of transparency and justice. The new document, which has been agreed upon by the Episcopal Conference together with the Council for Major Religious Superiors, follows in the same direction… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li l-Milied hu żmien ta’ emozzjoni, ta’ għotja ta’ wieħed lill-ieħor

Pope Benedict XVI

Minħabba li kulħadd iġarrab ferħ meta jirċievi rigal li jkun ġej mill-qalb, l-insara fi żmien il-Milied żgur li jgħixu emozzjoni qawwija meta jiftakru li Alla ta lilu nnifsu. Il-Papa qal dan fil-messaġġ li għadda fl-udjenza ġenerali ta’ dil-ġimgħa. Żied li “ir-rigal oriġinali tal-Milied, kien ir-rigal tal-inkarnazzjoni ta’ Alla li sar laħam u ħa sura ta’ bniedem f’Ġesu Kristu, hu li ta ħajtu għas-salvazzjoni tad-dinja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-10 ta’ Jannar

Luqa 4, 14-22

Ġesù, bil-qawwa ta’ l-Ispirtu, reġa’ mar il-Galilija; u l-fama tiegħu xterdet ma’ dawk l-inħawi kollha, għax hu kien jgħallem fis-sinagogi tagħhom fost it-tifħir ta’ kulħadd. U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: ‘L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani, Bagħatni dawl mill-ġdid lill-għomja, nrodd il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.’Mbagħad raġa’ għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda… Kompli aqra »

Il-Karattru… Id-Drama u l-Bibbja

Nhar is-Sibt 12 ta’ Jannar se jsir Seminar bit-tema: Il-Karattru… Id-Drama u l-Bibbja, organiżżat bħala parti mill-programm ta’ on-going formation ikkordinat mis-Segretarjat għall-Katekeżi, flimkien mal-KDŻ u l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali.

L-għan ta’ dan is-seminar huwa li l-Operaturi Pastorali, u dawk kollha nvoluti fil-ħidma mal-adolexxenti/żgħażagħ, bil-għajnuna ta’ diversi professjonisti fil-qasam tat-tagħlim tad-drama, jitgħallmu diversi metodi, u skills biex kull attività, sketch, drama, performance tkun parti integrali fil-proċess tal-formazzjoni tal-karattru tal-adolexxenti u ż-żgħażagħ… Kompli aqra »

Live-In tal-Kappillani 2013

Bejn il-bieraħ, it-Tlieta 8 ta’ Jannar, u għada, il-Ħamis 10 ta’ Jannar 2013, il-kappillani tas-70 parroċċa f’Malta jinsabu miġbura fis-Seminarju tal-Arċisqof għal-Live-in ta’ tlett ijiem. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna qed jattendu wkoll għal dan il-live-in flimkien mal-kappillani. Din is-sena, il-kappillani qed jirriflettu fuq it-tema “Int imbagħad meta terġa lura għas-sewwa, wettaq lil ħutek”, li hija silta mill-Vanġelu ta’ San Luqa, magħżula b’mod partikolari għal din is-Sena tal-Fidi… Kompli aqra »

F’madwar seba’ snin sar ċiklu sħiħ ta’ żjarat ad limina lill-Papa mill-isqfijiet madwar id-dinja

Pope during bishops' an ad limina visit

Ħadet lill-Papa Benedittu XVI iktar minn seba’ snin biex laqa’ żjarat uffiċjali tal-isqfijiet minn kull pajjiż madwar id-dinja. Fl-2013, il-Papa se jerġa jibda ċiklu ġdid ta’ żjarat ad limina b’laqgħat mal-isqfijiet li jmexxu l-227 djoċesi fl-Italja.

Il-Kodiċi tal-Liġi Kanonika jitlob lill-kapijiet tad-djoċesijiet kollha madwar id-dinja biex jagħmlu żjara formali, imsejħa żjara ad limina apostolorum, kull ħames snin… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-9 ta’ Jannar

Mark 6, 45-52

Minnufih ġagħal id-dixxipli tiegħu jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru x-xatt l-ieħor qablu, lejn Betsajda, sakemm hu jibgħat   in-nies. Wara li sellmilhom u ħalliehom, tala’ fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija d-dgħajsa kienet għadha f’nofs il-baħar, u hu waħdu l-art. Kif rahom jitħabtu jaqdfu,  għax kellhom ir-riħ għal wiċċhom, għal xi r-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar, u ried jgħaddihom… Kompli aqra »

ĊAM Productions international iniedu website ġdida

ĊAM Productions International (ĊPi), hija l-Production House fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).  Din hija organizzazzjoni li m’għandiex skop ta’ profitt, u taħdem bil-għan li t’evanġelizza u toħloq kuxjenza missjunarja permezz ta’ pjattaformi differenti tal-midja.

Matul is-snin, ĊPi laħqet l-għan tagħha li tipproduċi dokumentarji reliġjużi u ta’ natura soċjo-reliġjuża ta’ livell professjonali, kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.  … Kompli aqra »

Il-Paċi hi impossibbli mingħajr ma ninfetħu għal Alla

Pope recieving the diplomatic corps accredited to the Vatican

F’laqgħa mal-Ambaxxaturi fil-Vatikan, waqt li kkundanna l-gwerer, il-konflitti ċivili u l-faqar madwar id-dinja, il-Kap tal-Knisja Kattolika qal li l-bini tal-paċi jeħtieġ l-imħabba, il-liberta reliġjuża, il-fehim tad-drittijiet umani u d-disponibbilta għall-imħabba ta’ Alla.

Il-Papa għadda dawn ir-rimarki fl-indirizz annwali lill-membri tal-Korp Diplomatiku tal-Vatikan, waqt preżentazzjoni ta’ stħarriġ dwar inkwiet globali li jinkludi l-attakki terroristiċi fuq l-insara fin-Niġerja, is-sitwazzjoni fis-Sirja, u l-impatt tal-urugan Sandy fil-kosta ta’ lvant tal-Istati Uniti tal-Amerika… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-8ta’ Jannar

Mark 6, 34-44

Xħin Ġesù niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ. Meta kien sar il-ħin ġmielu, resqu d-dixxipli tiegħu u qalulu: “Dan post imwarrab, u ġa sar ħafna ħin. Ibgħathom, ħa jmorru fl-irziezet u fl-irħula tal-qrib jixtru xi ħaġa x’jieklu.” Iżda hu weġibhom: ” Agħtuhom intom x’jieklu.” Qalulu: “U aħna se mmorru nixtru b’mitejn dinar ħobż biex nagħtuhom x’jieklu?” Mbagħad staqsiehom: ” Xi kemm għandkom ħobż? … Kompli aqra »