Arkivji mensili: Frar 2013

L-Arċisqof iżur l-anzjani fil-Ħamrun

Nhar il-Ħamis 14 ta’ Frar 2013, L-Arċisqof żar id-Dar tal-Anzjani tas-Sorijiet Little Sisters of the Poor, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Jum il-Lajċi 2013

Nhar il-Ġimgħa 15 Frar 2013, l-Arċisqof iċċelebra quddiesa għal Jum il-Lajċi, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

“Għalkemm aħna midinbin, imma aħna wkoll midinbin f’mixja għax Alla permezz ta` Ġesù, iħeġġiġna kontinwament biex nersqu lejh u nduqu l-maħfra tiegħu. Dan joħroġ ċar ħafna mill-Kelma ta’ Alla u għalhekk ikun nuqqas kbir meta n-nisrani jiddubita mill-maħfra t`Alla.”

Dan kien il-bażi tal-messaġġ ta’ Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona O.P… Kompli aqra »

Mons Scicluna dwar il-missjoni ta’ Benedittu XVI biex tkun protetta l-innoċenza tat-tfal

Mons Charles J Sciculna

L-Isqof Awżiljarju ta’ Malta, li sa Ottubru li għadda serva bħala Promutur tal-Ġustizzja fil-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, ta l-kummenti tiegħu lil Radju Vatikan dwar il-missjoni tal-Papa Benedittu XVI biex tkun protetta l-innoċenza tat-tfal. Dan in vista tad-diversi każi ta’ abbużi fuq it-tfal li kienu rrappurtati fl-aħħar snin.

Mons Scicluna kien ikkwotat jikkummenta u jgħid li “Benedittu XVI żgur li jibqa’ mfakkar għat-tweġiba straordinarja u għar-reazzjoni tiegħu għall-fenomenu tal-abbuż sesswali minn membri tal-kleru fuq minuri… Kompli aqra »

Jibdew fil-Vatikan l-eżerċizzi tar-Randan

Cardinal Gianfranco Ravasi, President of the Pontifical Council for Culture

Fis-sitta tal-lejla, fi ftuħ dan ir-Randan, jibdew l-eżerċizzi spiritwali tal-Kurja ta’ Ruma fil-kappella Redemptoris Mater, fil-Palazz Appostoliku fil-Vatikan. Jieħu sehem fihom huwa l-Papa Benedittu XVI. L-eżerċizzi mistennija jintemmu s-Sibt li ġej, 23 ta’ Frar. Il-meditazzjonijiet marulhom, din is-sena huma mħejjija mill-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Kultura, il-Kardinal Gianfranco Ravasi.

Matul l-irtir, l-udjenzi tal-Papa jkunu bħas-soltu kollha kemm huma sospiżi, inkluż l-udjenza ġenerali tal-Erbgħa… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li r-Randan hu żmien ta’ taqbid spiritwali

Pope during Angelus

Fl-ewwel Ħadd tar-Randan, waqt ir-reċita tal-Angelus mit-tieqa tal-Palazz Appostoliku għal Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa Benedittu XVI, m’għamilx referenza għar-riżenja tiegħu u appella għas-silenzju u għal iffukar fuq it-talb.

Fil-kuntest tas-Sena ddedikata lill-Fidi, fid-diskors tiegħu, il-Papa qal li dan hu żmien ideali biex wieħed jiskopri mill-ġdid il-fidi tiegħu f’Alla, bħala kriterja bażika għall-ħajja tiegħu u tal-Knisja. Dan qal li jinvolvi taqbida spiritwali reali minħabba li l-ħażen li jopponi l-potenzjal tal-qdusija jittenta jiddevja lill-bniedem mit-triq li tqarrbu lejn Alla… Kompli aqra »

18-24 ta’ Frar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

4.00 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-ċentru kateketiku għand is-Sorjiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù fil-parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun, fejn qiegħed jagħmel iż-Żjara Pastorali.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù, l-Ħamrun.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinoduu mal-Kunsill Ekonomiku fl-Oratorju, l-Ħamrun… Kompli aqra »

Ittra Pastorali għar-Randan 2013

[lang_en]

A Time of Prayer and Charity

Dear brothers and sisters,

The period of Lent has just commenced in the Liturgy of the Catholic Church.  The Catholic Church does not only follow the  civil calendar. Human time is sanctified when the Church lives the experience of the life of Jesus throughout the Liturgical year.  The Liturgical year, in its entirety, follows the Solemn Feast of Easter, that is, the authentic account of the suffering, death and resurrection of Jesus from the dead… Kompli aqra »

L-E.T. Mons. Aldo Cavalli nnominat Nunzju Appostoliku għal Malta

[lang_en]

Today, His Holiness Pope Benedict XVI has appointed His Excellency Monsignor Aldo Cavalli, Titular Archbishop of Vibo Valentia and currently Apostolic Nuncio to Colombia, as the new Apostolic Nuncio to Malta.

On the nomination by the Holy Father of His Excellency Monsignor Tommaso Caputo as the Archbishop-Prelate of Pompei and Pontifical Delegate to the Shrine of the Blessed Virgin Mary of the Holy Rosary on the 10th November 2012, the post of Apostolic Nuncio to Malta has since been vacant… Kompli aqra »

Għajnuna prattika għall-100 ħarġa tal-‘Flimkien’

Fl-okkażjoni tal-mitt ħarġa tal-magażin ‘Flimkien’, mal-ħarġa ta’ Marzu qed titqassam CD bl-isem ‘Għinni fin-nuqqas ta’ fidi tiegħi’. Din il-produzzjoni saret ukoll fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi u bħala għajnuna prattika għal matul ir-Randan. Is-CD fiha 16-il silta mill-Evanġelu ta’ San Mark bi ħsieb qasir wara kull waħda. Fil-ħarġa ta’ Marzu hemm ukoll suġġerimenti dwar kif tista’ tintuża s-CD fit-talb personali.

Il-muntaġġ u r-recording tas-CD sar mill-Media Centre… Kompli aqra »