Arkivji mensili: Frar 2013

L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-kappella tas-Samra

Nhar is-Sibt 23 ta’ Frar l-Arċisqof iċċelebra quddiesa fil-kappella tas-Samra u wara iltaqa’ man-nies, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali fil-Ħamrun

Nhar it-Tnejn 25 ta’ Frar l-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali miftuħa għal kulħadd fid-Dar tal-Anzjani tas-Sorijiet Little Sisters of the Poor, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Erba’ Kandidati ġodda għas-Saċerdozju

Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra Quddiesa li fiha erba’ seminaristi ser jitolbu lill-Knisja biex tilqagħhom uffiċjalment bħala kandidati għall-Ordni tad-Djaknonat u tal-Presbiterat. Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, fis-6.30 p.m.

L-erba’ seminaristi, li bħalissa jinsabu fil-ħames sena tal-formazzjoni, huma Carlo Calleja mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema, Christopher Ellul mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, Andrew Schembri mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi u Mark Joseph Zammit mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-28 ta’ Frar

Luke 16,19-31

“Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda ta’ l-għani. Sa l-klieb kienu jmorru jilagħqu l-ġrieħi tiegħu. Ġara li l-fqir miet, u l-anġli ħaduh fi ħdan Abraham… Kompli aqra »

Benedittu XVI se jkun ‘Papa emeritus’

Pope Benedict XVI's last weekly audience

150,000 persuna nġabret fi Pjazza San Pietru għall-aħħar udjenza ta’ Benedittu XVI. Il-Papa daħal fil-Pjazza fl-10:30 ta’ filgħodu fuq il-Popemobile ibierek u jsellem lin-nies fost il-ħafna ċapċip u għajat.  Bosta gruppi li kienu fil-pjazza ġabu magħhom strixxuni b’kitba fuqhom bħal: ”Għażiż Papa … inħobbuk ħafna … itlob għalina” … ”Inti Pietru u aħna ż-żgħażagħ inħobbuk”. Waqt id-diskors tiegħu, il-Papa Benedittu kien jidher kommoss ħafna… Kompli aqra »

Żjara ta’ kortesija mill-Kummissarju Għoli Ingliż għal Malta

Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Frar 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. kellu żjara ta’ korteżija mingħand l-E.T. Mr Rob Luke, Kummissarju Għoli Ingliż f’Malta. Il-laqgħa saret fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Memorandum mill-Caritas Malta dwar Il-faqar u l-ġustizzja soċjali

MEMORANDUM GĦALL-PARTITI POLITIĊI – ELEZZJONIJIET ĠENERALI 2013

  • Kull bniedem għandu jkollu aċċess għal dak li hu meħtieġ għall-iżvilupp sħiħ tiegħu.
  • Ix-xogħol huwa dritt u dmir ta’ kull bniedem.  Dan għandu jitħallas b’mod illi l-bniedem ikun jista’ jgħix kif jixraq, kemm hu kif ukoll dawk li jiddependu minnu.  Sempliċi ftehim personali bejn il-ħaddiem u min iħaddmu dwar l-ammont ta’ paga li tingħata mhux biżżejjed biex il-paga titqies bħala paga ġusta…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-MUSEUM tal-Bniet fil-Ħamrun

Nhar il-Ħamis 21 ta’ Frar 2013, l-Arċisqof iltaqa’ mal-bniet li jattendu l-katekeżi fil-M.U.S.E.U.M. tas-sezzjoni femminili fi Triq Villambrosa bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

L-Arċisqof jżur is-Sorijiet ta’ St.Joseph

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Frar 2013, l-Arċisqof żar il-komunita’ tas-Sorijiet ta’ St. Joseph, l-Blata l-Bajda, matul il-viżta’ Pastorali fil-parroċċa ta’ San Gejtanu, l-Ħamrun.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected] Kompli aqra »