Arkivji mensili: Frar 2013

Il-Papa lill-Ordni ta’ Malta: ħidma li ġġedded it-tama nisranija

Pope addressing Order of Malta

Il-Papa Benedittu XVI laqa’ grupp ta’ Kavallieri tal-Ordni ta’ Malta bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tad-900 anniversarju tal-organizzazzjoni tagħhom bħala Ordni Sovran Militari taħt il-protezzjoni tal-Papa. Kien fil-15 ta’ Frar 1113 li Papa Paskal II poġġa fin il-fraternita ospitaliera ta’ Ġerusalemm taħt il-protezzjoni tal-Knisja u taha status sovran waqt li kkostitwixxiha bħala Ordni bil-liġi tal-Knisja. Dan taha s-setgħa li taħtar is-superjuri tagħha mingħajr indħil minn xi awtoritajiet reliġjużi jew lajċi oħra… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-11 ta’ Frar

Mark 6,53-56

Wara li qasmu għan-naħa l-oħra, waslu l-art f’Ġennesaret u rabtu d-dgħajsa max-xatt. Niżlu mid-dgħajsa, u n-nies minnufih għarfuh u marru jiġru ma’ dawk l-inħawi kollha. U bdew iġorru l-morda fuq l-imtieraħ kull fejn kienu jisimgħu li qiegħed. Kull fejn kien jidħol, fi rħula, bliet, jew kampanja, kienu jqiegħdu l-morda fil-pjazez u jitolbuh iħallihom imissu mqar tarf il-mantar; u dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu… Kompli aqra »

11 – 17 ta’ Frar

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Morda, fil-Knisja ta’ S. Tereża, Birkirkara.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi seminar organizzat mit-Taqsima Pastorali għad-Dinja tax-xogħol fiċ-Ċentru Parrokkjali, Ħ’Attard

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, f’Tal-Virtù, r-Rabat.

L-Erbgħa

8.30 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-10 ta’ Frar

Festa ta’ San Pawl Appostlu, Patrun ta’ Malta

Mark 16,15-20

Ġesù qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla.   … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-9 ta’ Frar

Mark 6,30-34

L-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu.  U hu qalilhom : “ Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit .”  Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom.  Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab,  imma n-nies rawhom sejrin ; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ‘l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom… Kompli aqra »

Korsijiet għall-koppji miżżewġa matul ir-Randan

Place: 1 Oratory Street, Naxxar

Time: 7-8pm

The Institute is organizing ‘A journey in couple spirituality for married couples’ during Lent.

These are four one-hour meetings of reflection, prayer, song and adoration and will be held on the following Saturday evenings: 23rd February; 2nd March, 16th March and 23rd March.

The talks will be delivered by Mons Anton Gouder… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-8 ta’ Frar

Mark 6,14-29

Is-sultan Erodi sama’ bih, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih.” Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija.” U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti  l-oħra.” Iżda Erodi, meta sama’ bih, qal: “Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt.” Għax kien Erodi stess li bagħat jarresta lil Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba Erodja, mart ħuh Filippu, billi kien iżżewwiġha hu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-7 ta’ Frar

Mark 6,7-13

U sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi. Qalilhom: “Fejn tidħlu f’xi dar, ibqgħu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk. U jekk xi post ma jilqagħkomx u ma jisimgħukomx, itilqu minn hemm u farfru t-trab minn taħt saqajkom bħala xhieda kontrihom.” Ħarġu mela jxandru biex in-nies jindmu;  u keċċew bosta xjaten, u dilku ħafna morda biż-żejt u fejjquhom… Kompli aqra »