Arkivji mensili: Marzu 2013

“Il-profil tal-Papa ġdid jitfassal ftit ftit”

Cardinals meeting

Il-Kongregazzjoni Ġenerali tal-Kardinali li qed issir fil-Vatikan, daħlet fir-raba’ jum tagħha.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-kelliem tas-Santa Sede Patri Feredrico Lombardi, qal li għadu mhux opportun li tintgħażel id-data tal-Konklavi.  Qal li sal-Ħamis il-kardinali eletturi kollha se jkunu waslu Ruma.  Qal li minkejja dawn il-laqgħat qed jieħdu ħafna ħin u żmien, ma jfissirx li l-Konklavi se jdumu biss ftit jiem, dan għaliex m’hemm ebda relazzjoni bejn iż-żewġ kwistjonijiet… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Kandidatura ta’ erba’ Seminaristi għad-djakonat

Knisja Parrokkjali  S. Ġorġ, Ħal-Qormi

1 ta’ Marzu 2013

Ħuti, smajna fil-kummentarju li dawn l-erba’ żgħażagħ qegħdin joffru lilhom infushom għas-sagrament tal-Ordni Sagri. Bħalma lkoll nafu l-Mulej ma ħallinhiex weħidna imma tana grazzji speċifikament għal diversi mumenti tal-ħajja tagħna. Tana l-magħmudija meta nitwieldu, tana l-ikel fl-Ewkaristija, tana l-maħfra, is-sagrament tal-penitenza u tana ukoll il-konfermazzjoni bħala qawwa ġdida minn għand il-Mulej meta nibdew nilħqu l-età tal-adulti… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof lill-koppji li se jiżżewġu din is-sena

Konkatidral ta’ San Ġwann

24 ta’ Frar 2013

llum il-Mulej f’dan il-Ħadd tana tlett lezzjonijiet li naħseb nista’ nżidhom ma’ dak li qalu dawn iż-żewġt għarajjes.

Fl-ewwel lezzjoni (Ġen 15, 5-12,17-18) rajna li Alla l-Imbierek għamel wegħda ma’ Abram. Abram kien l-ewwel wieħed li, permezz tiegħu, Alla daħal biex jibqa’ fl-istorja tagħna… Kompli aqra »

Atmosfera serena u kostruttiva fl-ewwel Kongregazzjoni ġenerali tal-Kardinali

Conclave in Sistine Chapel

Id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi, informa lill-media li saret l-ewwel laqgħa tal-Kongregazzjonijiet Ġenerali tal-Kulleġġ tal-Kardinali.  Il-Kongregazzjoni tmexxiet mill-Kardinal Angelo Sodano, dekan tal-Kulleġġ, u mill-camerlengo, il-Kardinal Tarcisio Bertone, u s-Segretarju tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet, l-Arċisqof Lorenzo Baldisseri. Ilkoll ħadu posthom skond il-ġerarkija u l-post assenjat lilhom hu maħsub biex jiffailita l-vot meta dan jittieħed.

Wara talba tal-ftuħ, il-Kardinal Sodano infurmahom bil-proċeduri tas-Sede Vacante u dwar l-operat tal-Kongregazzjonijiet skont il-Kostituzzjoni Appostolika Universi Dominici Gregis… Kompli aqra »

Erba’ Kandidati ġodda għas-Saċerdozju

Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa li fiha erba’ seminaristi talbu lill-Knisja sabiex tilqagħhom uffiċjalment bħala kandidati għall-Ordni tad-Djaknonat u tal-Presbiterat. Din iċ-ċelebrazzjoni saret fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, fis-6.30 p.m.

L-erba’ seminaristi, li bħalissa jinsabu fil-ħames sena tal-formazzjoni, huma Carlo Calleja mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema, Christopher Ellul mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, Andrew Schembri mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi u Mark Joseph Zammit mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien… Kompli aqra »

4-10 ta’ Marzu

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-subien li jattendu l-katekeżi fil-MUSEUM tas-subien, bħala parti mill-Viżta Pastorali fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Ħamrun.

6.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Katetika, l-Ħamrun.

It-Tlieta

8.45 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, l-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof jżur il-komunita tas-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija, l-Ħamrun… Kompli aqra »

Programm taż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Ħamrun

L-Erbgħa 27 ta’ Frar

11.00 a.m.          L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kappillan fil-Kurja.

Is-Sibt 2 ta’ Marzu

6.30 p.m.            L-Arċisqof jqaddes fil-Knisja Parrokkjali bħala ftuħ tal-Viżta u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ħadd 3 ta’ Marzu

9.00a.m.             L-Arċisqof jqaddes fil-Knisja ta’ San Franġisk u wara jiltaqa’ man-nies… Kompli aqra »

Jintemm il-Pontifikat ta’ Benedittu XVI

Benedictus XVI bidding farewell…Now Pope emeritus

Wara tminn snin fit-tmexxija tal-Knisja Kattolika, il-Papa Benedittu XVI temm b’mod uffiċjali l-Pontifikat tiegħu. B’hekk, il-Vatikan issa jinsab fi stat ta’ “Sede Vacante”. Dan sakemm il-Kardinali jiltaqgħu fil-Konklavi biex jaħtru Papa ġdid. Mat-tmiem dan il-pontifikat fit-8pm tal-Ħamis, l-aħħar jum ta’ Frar 2013, il-gwardji Svizzeri ssiġillaw l-appartament tal-Papa u nqered iċ-ċurkett, kif inhi l-proċedura ta’ meta jmut Papa. Id-data tal-konklavi għadha mhix magħrufa… Kompli aqra »

Ir-rinunzja mill-Ministeru Petrin tal-Papa Benedittu XVI u l-Elezzjoni ta’ Papa ġdid

Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Marzu 2013, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna ser jiċċelebraw Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla għas-servizz li l-Papa Benedittu XVI ta lil Kristu, lill-Knisja, u lill-familja kollha umana tul il-pontifikat tiegħu.

F’din il-Quddiesa se jsir ukoll talb biex il-Mulej jagħti lill-Knisja suċċessur ta’ Pietru, Vigarju ta’ Kristu u ragħaj tal-Knisja… Kompli aqra »