Arkivji mensili: Marzu 2013

1-7 t’April

It-Tnejn

8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-ftuħ tal-Kapitlu Ġenerali tas-Soċjeta’ tal-MUSEUM fid-Dar Ħanin Samaritan, Santa Venera.

It-Tlieta
L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jmexxi l-Purċissjoni ta’ San Girgor, iż-Żejtun.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f’għeluq il-100 sena mit-twelid ta’

Sr Annunziata Cortis, f’Ħal Balzan.

Il-Ħamis

6.15 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-65 sena anniversarju tal-inkurunazzjoni tal-Madonna tas-Saħħa fir-Rabat… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-31 ta’ Marzu

Hadd il-Għid

Gwanni 20,1-9

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej  mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!” Pietru u d-dixxiplu  l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-30 ta’ Marzu

Luqa 24, 1-12

Kmieni mas-sebħ ta’ l-ewwel jum tal-ġimgħa marru ħdejn il-qabar u ħadu magħhom il-fwejjaħ li kienu ħejjew. Huma sabu l-ġebla mgerba minn quddiem il-qabar, imma meta daħlu fih,  il-katavru tal-Mulej Ġesù ma sabuhx hemm. U kif kienu mħassbin fuq dan, f’daqqa waħda dehrulhom quddiemhom żewġt irġiel libsin ilbies jiddi. In-nisa, mimlijin bil-biża’, baxxew għajnejhom lejn l-art; imma dawk qalulhom: “L-għala qegħdin tfittxuh qalb il-mejtin lil min hu ħaj? … Kompli aqra »

Il-ħasil tar-riġlejn sinjal tal-kura ta’ Ġesu

Pope Francis washing feet

Il-Papa Franġisku fakkar Ħamis ix-Xirka billi ċċelebra quddiesa f’ħabs minorili f’Casal dal Marmo f’Ruma. F’dan il-ħabs jinżammu mas-46 żagħżugħ u żagħżugha. Ħafna mill-priġunieri ġejjin minn pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq. Huwa ħasel ir-riġlejn ta’ 12-il detenut.

Fost it-tnax-il detenut li mhux bilfors kienu Kattoliċi kien hemm ukoll tifla ta’ 12-il sena. Kien propju l-Papa stess li talab biex ikun hemm preżenza femminili… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-29 ta’ Marzu

Il-Ġimgħa l-Kbira

Ġwanni 18:1-19:42

Kif qal dan, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu. Ġuda, dak li ttradih, kien jafu l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu. Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand  il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa mas-saċerdoti f’Ħamis ix-Xirka

Nhar Ħamis ix-Xirka, fit-28 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra l-quddiesa tat-tberik taż-Żjut Imqaddsa li jintuża matul is-sena għas-sagramenti li jsiru fil-parroċċi ta’ Malta. Iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa saret fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Flimkien mal-Arċisqof Pawlu Cremona, f’din iċ-ċelebrazzjoni jieħdu sehem saċerdoti djoċesani u reliġjużi. Is-saċerdoti preżenti għal din iċ-ċelebrazzjoni jġeddu l-wegħdiet li għamlu dakinhar tal-ordinazzjoni saċerdotali.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

L-Arċisqof jmexxi l-Via Crucis Nazzjonali


Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2013 l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa l-Via Crucis Nazzjonali li bdiet fit-8.00 p.m. It-tema kienet marbuta mas-Sena tal-Fidi.

Il-Via Crucis Nazzjonali bdiet minn ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re fil-Furjana, għaddiet mit-toroq tal-Belt Valletta u ntemmet bil-barka Ewkaristika quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Il-Via Crucis ġiet organizzata minn radju RTK flimkien mas-Segretarjat Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

L-Amerika f’riskju titlef ruħha meta tinjora l-umanita tal-immigranti

Archbishop Jose Gomez

L-Arċisqof ta’ Los Angeles appella lill-Istati Uniti tal-Amerka sabiex ma tinjorax l-umanita tal-irġiel, in-nisa u t-tfal li jinsabu fil-pajjiż illegalment, għax jekk tagħmel hekk, tirriskja titlef ruħha. Mons Jose H. Gomez qal li wasal iż-żmien li l-Amerka tadotta immigrazzjoni komprensiva li tipprovdi lill-immigranti mhux dokumentati biċ-ċittadinanza. Appella wkoll lill-uffiċjali Amerikani sabiex iwaqqfu l-prattika tat-tkissir tal-familji permezz tad-deportazzjoni. Temm jappella għar-riforma tal-immigrazzjoni, fi kliemu urġentissima… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tat-28 ta’ Marzu

Il-Ħamis ix-Xirka

Ġwanni 13,1-15

Qabel il-festa ta’ l-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar. Kienu qegħdin għall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota u daħħallu f’rasu li jittradih. Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f’idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla… Kompli aqra »

Ħaddiema tal-Vatikan jingħaqdu mal-Papa għall-quddies

Pope with Vatican workers

Lebsin bl-ilbies tax-xogħol, ħaddiema tal-Vatikan, fosthom ġardinara u ħaddiema li jnaddfu u jiġbru l-iskart, ingħaqdu mal-Papa Franġisku għall-quddies ta’ filgħodu. Il-koordinatur tal-ħaddiema qal li kienet okkażjoni li ma tiġix kuljum. Wara l-quddiesa kellhom il-ħin li jitolbu privatament, bil-Papa jingħad li poġġa magħhom fl-aħħar ringiela ta’ siġġijiet fil-Kappella tad-Domus Sanctae Marthae, fejn Franġisku qed joqgħod. Kompli aqra »