Arkivji mensili: Marzu 2013

Il-Vanġelu tal-11 ta’ Marzu

Ġwann 4, 43-54

Wara dawk il-jumejn Ġesù telaq minn hemm lejn il-Galilija; għax Ġesù stess xehed li profeta ma għandux ġieħ f’pajjiżu. Mela meta wasal il-Galilija, il-Galilin laqgħuh tajjeb billi lkoll raw kull ma kien għamel f’Ġerusalemm f’jum il-festa, għax huma wkoll kienu marru għall-festa. U raġa’ ġie f’Kana tal-Galilija, fejn kien biddel l-ilma fi nbid… Kompli aqra »

11-17 ta’ Marzu

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwali u wara jiċċelebra magħhom quddiesa u jiekol magħhom, fis-Seminarju Tal-Virtu’.

It-Tlieta

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, Tal-Virtù.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija fl-Uffiċċju Parrokkjali, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Ħamrun… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tad-9 ta’ Marzu

Luqa 18, 9-14

Kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u kienu jmaqdru lill-oħrajn. Ġesù qalilhom din il-parabbola: “Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu. Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f’qalbu, ‘O Alla, niżżik ħajr li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-pubblikan… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-10 ta’ Marzu

Ir-Raba’ Hadd tar-Randan

Luqa 15,1-3.11-32

Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Iż-żgħir qal lil missieru, ‘Missier, agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid.’ U dak qassmilhom il-ġid… Kompli aqra »

L-elezzjoni għal Papa ġdid tibda t-Tlieta li ġej. Il-Kardinal Malti se jwassal il-meditazzjoni li jmiss

The most awaited white smoke from Vatican chimney

Waqt it-tmien Kongregazzjoni Ġenerali tal-Kulleġġ tal-Karinali ġie deċiż li l-Konklavi biex jinħatar Papa ġdid se jibdew nhar it-Tlieta, 12 ta’ Marzu.

It-Tlieta filgħodu ser tiġi ċċelebrata quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru. Il-Kardinali se jidħlu għall-Konklavi wara nofsinhar.

Dan ser ikun il-75 konklavi fl-istorja tal-Knisja Kattolika.

Iktar kmieni, waqt press briefing indirizzat mill-Kelliem għall-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, Patri Federico Lombardi, tħabbar li se jkun il-Kardinal Malti Prospero Grech li jmexxi l-meditazzjoni fil-bidu tal-Konklavi… Kompli aqra »

Data eqreb għall-konklavi?

Cardinal Napier's tweet

Hekk kif jibdew il-Konklavi, il-kardinali mhux se jkunu jistgħu jużaw l-ebda social network, lanqas Twitter, imma sakemm tiġi deċiża d-data, il-kardinali se jibqgħu jaġġornaw is-segwaċi tagħhom b’dak kollu li għaddej waqt il-Kongregazzjoni tal-Kardinali fil-Vatikan.

Wieħed mill-kardinali li qed juża twitter, hu l-eks Arċisqof ta’ Los Angeles, il-kardinal Roger Mahony. Fi kliemu, daqt se tiġi deċiża d-data għall-elezzjoni tal-Papa l-ġdid… Kompli aqra »