Arkivji mensili: Marzu 2013

Il-Vanġelu tat-8 ta’ Marzu

Mark 12,28-34

Wieħed mill-kittieba semagħhom jitlewwmu bejniethom, u, meta ra kemm Ġesù kien weġibhom tajjeb, resaq fuqu u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?” Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha. U t-tieni hu dan: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek… Kompli aqra »

Il-Kulleġġ Santu Wistin jerġa’ jibda jilqa’ tfal fil-livell Primarju

Intlaħaq ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Kulleġġ Santu Wistin sabiex skola statali fil-Marsa tibda tintuża mill-Kulleġġ Santu Wistin sakemm jitlestew ix-xogħlijiet fuq l-iskola l-ġdida f’Tal-Pietà. Permezz ta’ dan il-ftehim, il-Kulleġġ Santu Wistin se jaċċetta 75 tifel fl-ewwel sena primarja u 75 tifel fir-raba’ sena primarja. It-tfal li qegħdin temporanjament fis-Seminarju tal-Arċisqof, fit-tieni u l-ħames sena, is-sena skolastika li jmiss jibdew imorru ukoll f’din l-iskola statali fil-Marsa… Kompli aqra »

Quddiesa ta’ ringrazzjament għall-Papa Benedittu XVI u talb għall-Konklavi

Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Marzu 2013, l-Arċisqof Mons. Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Awżiljarju Mons. Charles J. Scicluna u l-Arċisqof Emeritus Mons. Ġużeppi Mercieca ikkonċelebraw Quddiesa ta’ ringrazzjament tal-Q.T. Benedittu XVI u talb għall-Konklavi, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-7 ta’ Marzu

Luqa 11,14-23

Ġesù kien qiegħed ikeċċi xitan, li kien imbikkem. Meta x-xitan ħareġ, l-imbikkem tkellem, u n-nies stagħġbu. Iżda xi wħud minnhom qalu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.” Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema. Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra… Kompli aqra »

“Il-profil tal-Papa ġdid jitfassal ftit ftit”

Cardinals meeting

Il-Kongregazzjoni Ġenerali tal-Kardinali li qed issir fil-Vatikan, daħlet fir-raba’ jum tagħha.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-kelliem tas-Santa Sede Patri Feredrico Lombardi, qal li għadu mhux opportun li tintgħażel id-data tal-Konklavi.  Qal li sal-Ħamis il-kardinali eletturi kollha se jkunu waslu Ruma.  Qal li minkejja dawn il-laqgħat qed jieħdu ħafna ħin u żmien, ma jfissirx li l-Konklavi se jdumu biss ftit jiem, dan għaliex m’hemm ebda relazzjoni bejn iż-żewġ kwistjonijiet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-6 ta’ Marzu

Mattew 5, 17-19

“Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-perfezzjoni. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox. Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed  mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-Kandidatura ta’ erba’ Seminaristi għad-djakonat

Knisja Parrokkjali  S. Ġorġ, Ħal-Qormi

1 ta’ Marzu 2013

Ħuti, smajna fil-kummentarju li dawn l-erba’ żgħażagħ qegħdin joffru lilhom infushom għas-sagrament tal-Ordni Sagri. Bħalma lkoll nafu l-Mulej ma ħallinhiex weħidna imma tana grazzji speċifikament għal diversi mumenti tal-ħajja tagħna. Tana l-magħmudija meta nitwieldu, tana l-ikel fl-Ewkaristija, tana l-maħfra, is-sagrament tal-penitenza u tana ukoll il-konfermazzjoni bħala qawwa ġdida minn għand il-Mulej meta nibdew nilħqu l-età tal-adulti… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof lill-koppji li se jiżżewġu din is-sena

Konkatidral ta’ San Ġwann

24 ta’ Frar 2013

llum il-Mulej f’dan il-Ħadd tana tlett lezzjonijiet li naħseb nista’ nżidhom ma’ dak li qalu dawn iż-żewġt għarajjes.

Fl-ewwel lezzjoni (Ġen 15, 5-12,17-18) rajna li Alla l-Imbierek għamel wegħda ma’ Abram. Abram kien l-ewwel wieħed li, permezz tiegħu, Alla daħal biex jibqa’ fl-istorja tagħna… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-5 ta’ Marzu

Mattew 18, 21-35

Mbagħad Pietru resaq lejh u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet,” wieġbu Ġesù,”imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent… Kompli aqra »

Atmosfera serena u kostruttiva fl-ewwel Kongregazzjoni ġenerali tal-Kardinali

Conclave in Sistine Chapel

Id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi, informa lill-media li saret l-ewwel laqgħa tal-Kongregazzjonijiet Ġenerali tal-Kulleġġ tal-Kardinali.  Il-Kongregazzjoni tmexxiet mill-Kardinal Angelo Sodano, dekan tal-Kulleġġ, u mill-camerlengo, il-Kardinal Tarcisio Bertone, u s-Segretarju tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet, l-Arċisqof Lorenzo Baldisseri. Ilkoll ħadu posthom skond il-ġerarkija u l-post assenjat lilhom hu maħsub biex jiffailita l-vot meta dan jittieħed.

Wara talba tal-ftuħ, il-Kardinal Sodano infurmahom bil-proċeduri tas-Sede Vacante u dwar l-operat tal-Kongregazzjonijiet skont il-Kostituzzjoni Appostolika Universi Dominici Gregis… Kompli aqra »