Arkivji mensili: April 2013

Il-Vanġelu tat-8 ta’ April

Luqa 1, 26-38

Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

“Tibżgħux tħabbru lil Kristu Rxoxt” – Papa Franġisku

Pope Francis Largo Beato Giovanni Paolo II

Waqt ir-reċita tal-Angelus, Papa Franġisku ġedded l-awgurju tal-Għid bil-kliem ta’ Kristu nnifsu meta qam minn bejn l-imwiet: ‘il-paċi magħkom’. Dan qal li hu d-don prezzjuż li Kristu joffri lid-dixxipli tiegħu wara li għadda mill-mewt. “Alla ta d-don tal-paċi tiegħu lid-dinja, don li hu frott ir-rebħa li għamel Kristu fuq il-mewt u fuq il-ħażen. Huwa d-don tal-ħniena li ġġib il-maħfra”, kompla… Kompli aqra »

8 – 14 t’April

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija fid-Domus, bħala parti miż-Żjara Pastorali fil-parroċċa ta’ Ħal Kirkop.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu u l-Kunsill Ekonomiku fid-Domus, f’Ħal Kirkop.

It-Tlieta

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju, f’Tal-Virtù, r-Rabat.

L-Erbgħa

10.00 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-7 ta’ April

IT-TIENI ĦADD WARA L-GĦID

Ġwanni 20,19-31

Dak in-nhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Mbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom.” Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu  s-Santu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tas-6 ta’ April

Is-Sibt wara l-Għid

Mark 16,9-15

Wara li Ġesù qam mill-mewt fil-għodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’ xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku. Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex… Kompli aqra »

Il-Festa tal-Ħniena Divina

Kompli aqra »

On Sunday 7th April 2013, the feast of the Divine Mercy will be celebrated at the Divine Mercy Sanctuary, San Pawl tat-Tarġa with Adoration at 5.00pm followed by Mass celebrated by the Auxiliary Bishop Mgr Charles J. Scicluna. …

Il-Vanġelu tal-5 ta’ April

Il-Ġimgħa tal-Għid

Ġwanni 21,1-14

Wara dan, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu  t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad.” Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll.” Marru, rikbu  d-dgħajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn… Kompli aqra »

Papa Franġsiku jesprimi solidarjeta mal-Arġentina wara għargħar qawwi

Argentina floods

F’messaġġ mibgħut lill-Arġentina mis-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan, Papa Franġisku esprima solidarjeta spiritwali ma’ pajjiżu stess wara li għargħar qawwi ħalla mill-inqas 54 persuna mejta fil-kapitali Buenos Aires u ‘l barra minnha.

Xita qawwija bejn it-Tlieta u l-Erbgħa laqtet ħażin ħafna lil Buenos Aires u l-belt qribha ta’ La Plata. Kif l-ilma qed jiskula, iżjed iġsma ta’ nies mejta qed jitilgħu fil-wiċċ u jinstabu mill-ħaddiema tas-salvataġġ… Kompli aqra »